Assocjazzjoni ghal Voluntiera tal-Habs

Is-suggeriment li l-voluntiera li jidhlu l-habs ghandhom jinghaqdu f'xi assocjazzjoni kien originarjament gie minn Jim Rowland, l-Agent Direttur tal-habs bejn l-1993 u l-1995, li kkomunikah lil Mid-Dlam ghad-Dawl f'April ta' l-1996.

Mid-Dlam ghad-Dawl bdiet tahdem minnufih fuq l-idea flimkien ma' l-awtoritajiet tal-habs, sakemm, bil-hsieb ta' aktar shubija, l-istss awtoritajiet laqqghu lill-voluntiera gewwa l-habs fl-1 ta' Ottubru ta' l-1996. Il-proposta ghat-twaqqif ta' assocjazzjoni giet introdotta mal-voluntiera waqt Ecumenical Prayer Service organizzat minn Mid-Dlam ghad-Dawl fil-Furjana fis-6 ta' Dicembru ta' l-1996.

L-ewwel laqgha bl-iskop tat-twaqqif ta' l-assocjazzjoni saret fil-25 ta' Jannar ta' l-1997, li fiha twaqqfet kummissjoni li hejjiet in-normi generali ta' l-assocjazzjoni.

L-approvazzjoni ta' dawn in-Normi Generali, bl-emendi mehtiega, u t-twaqqif innifsu ta' l-assocjazzjoni, saru fit-22 ta' Marzu ta' l-1997 waqt laqgha generali li saret Guardamangia fil-prezenza tad-Direttur tal-habs, Peter Cordina. Fl-istess okkazjoni, Mid-Dlam ghad-Dawl inghatat li zzomm ic-Chairpersonship fl-ewwel sitt xhur ta' l-assocjazzjoni. George Busuttil nhatar l-ewwel Chairperson.

Din li gejja hija l-versjoni ufficjali tan-Normi Generali ta' l-Assocjazzjoni ghal Voluntiera tal-Habs.

Aghfas hawn ghall-versjoni bl-Ingliz

 

Normi Generali ta' l-
Assocjazzjoni ghal Voluntiera tal-Habs

L-Ewwel Taqsima: Dwar l-Ghanijiet

1.1 Gejna flimkien sabiex l-impenn taghna ghall-gid tar-residenti u l-ex-residenti tal-Facilità, u tal-familji taghhom ikollu s-sahha tal-ghaqda.

1.2 L-impenn komuni taghna huwa sabiex ir-residenti tal-Facilità u dawk kollha li jahdmu fil-Facilità jkollhom sigurtà, kontroll u gustizzja, u sabiex jigu dejjem aktar 'il quddiem fil-gid spiritwali u materjali taghhom.

1.3 L-impenn taghna huwa indirezzat ukoll lejn il-vittmi tal-kriminalità, kemm dawk li batew dannu mill-krimini ta' haddiehor, kif ukoll il-familji tar-residenti tal-Facilità nfushom li jiskuntaw sentenza minghajr ma qatt ghamlu reat.

1.4 Ghall-gid tas-socjetà ahna nghinu f'dak kollu li nistghu lill-awtoritajiet tal-Facilità u tal-Gvern sabiex ikomplu jtejbu s-sistema korrettiva.

It-Tieni Taqsima: Dwar il-Hidmiet

2.1 L-Assocjazzjoni tikkordina attivitajiet li jsiru mill-ghaqdiet u l-persuni msiehba kollha flimkien.

2.2 Fost il-hidmiet ta' l-Assocjazzjoni jkun hemm dawn li gejjin:

(a) Titkabbar il-qrubija ta' bejn l-ghaqdiet u l-persuni msiehba permezz ta' attivitajiet socjali u familjari bejniethom;

(b) Jinghata appogg lill-awtoritajiet tal-Facilità u tal-Gvern, u ssir pressjoni fejn mehtiega, sabiex titkompla titjieb is-sistema korrettiva;

(c) Tingibed l-attenzjoni biex jittiehdu passi mehtiega ghat-titjib tas-sigurtà, il-kontroll u l-gustizzja fil-Facilità Kottettiva ta' Kordin;

(d) Tinghata attenzjoni lil dawk li batew dannu mill-kriminalità, inkluz il-familji tal-residenti tal-Facilità;

(e) Tigi mghejjuna r-rikonciljazzjoni bejn dawk li kkommettew u bejn dawk li batew danni kriminali; u

(f) Tigi organizzata ghallanqas darba fis-sena Konferenza Nazzjonali fuq suggett li jorbot mal-facilitajiet korrettivi.

2.3 Il-hidmiet ta' l-Assocjazzjoni jkunu ffinanzjati mis-sehem l-istess tal-ghaqdiet u l-persuni msiehba taghha.

It-Tielet Taqsima: Dwar is-Shubija

3.1 Ikunu msiehba dawk l-ghaqdiet u l-persuni, irrispettivament mid-denominazzjoni li jkollhom, li jzuru l-Facilità Korrettiva voluntarjament fuq bazi regolari ghal aktar minn erba' xhur.

3.2 L-Assocjazzjoni jkollha l-jedd li, ghal ragunijiet validi, tilqa' jew tichad kull ghaqda jew persuna milli tissieheb maghha.

3.3 L-Assocjazzjoni ma jkollha ebda jedd li b'xi mod tindahal fl-ghajnijiet, is-shubija, it-tmexxija, il-hidmiet u l-operat finanzjarju ta' xi ghaqda jew persuna msiehba maghha.

3.4 L-Assocjazzjoni ma jkollha ebda lokal taghha ghajr dak tal-ghaqdiet u l-persuni msiehba taghha.

Ir-Raba' Taqsima: Dwar it-Tmexxija

4.1 L-Assocjazzjoni jkollha Kumitat Rapprezentativ li jkun jirrapprezenta l-ghaqdiet u l-persuni msiehba taghha.

4.2 (1) Kull ghaqda msiehba jkollha membru wiehed fuq il-Kumitat bhala delegat taghha b'jedd ghall-vot; u

(2) Il-persuni msiehba kollha li jzuru l-Facilità fuq bazi individwali jkollhom membru wiehed jirrapprezentahom fuq il-Kumitat b'jedd ghall-vot.

4.3 L-ghaqdiet imsiehba jahtru minn fost il-membri tal-ghaqda taghhom id-delegat taghhom fuq il-Kumitat preferibbilment ghal zmien ta' sena b'jedd ta' tigdid indefinit.

4.4 L-ghaqdiet imsiehba jistghu jibghatu membri ohrajn li jiehdu sehem fil-laqghat tal-Kumitat bhala osservaturi minghajr jedd ghall-vot.

4.5 Il-Kumitat Rapprezentativ:

(a) Jiltaqa' kull xahrejn, jew kif tinhass il-htiega;

(b) Ikollu dawn l-ufficcji:

  • Chairperson,
  • Vici-person,
  • Segretarju,
  • Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici, u
  • Ufficjal Finanzjaru;

(c) Jista' jitlaqqa' b'urgenza mic-Chairperson in capite; u

(d) Jifforma quorum meta jkunu prezenti nofs il-membri u wiehed.

4.6 Ic-chairpersonship idur bejn l-ghaqdiet imsiehba kull sitt xhur b'ordni miftiehem minn qabel, sakemmxi ghaqda thoss li m'ghandhiex tezercita dan il-jedd. Il-vici-chairpersonship tinzamm mill-ghaqda msiehba li jkun se jkollha c-chairpersonship fis-sitt xhur ta' wara.

4.7 Jekk min ikun wasal biex ikun ic-Chairperson jigi mibdul mill-ghaqda tieghu, il-post ta' Chairperson jghaddi ghal ghaqda ohra u l-membru l-gdid jiehu l-post ta' Chairperson aktar tard.

4.8 L-ufficji ta' Segretarju, Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici, u Ufficjal Finanzjarju jigu okkupati minn tliet membri ohrajn li jkunu fuq il-Kumitat.

4.9 Id-dmirijiet tac-Chairperson ikunu li jara li dawn in-Normi Generali jigu oservati, isejjah u jippresiedi l-laqghat tal-Kumitat, u jirrapprezenta lill-Assocjazzjoni f'okkazjonijiet ufficjali.

4.10 Id-dmir tal-Vici-Chairperson ikun li jagixxi f'isem ic-Chairperson fin-nuqqas tieghu.

4.11 Id-dmirijiet tas-Segretarju jkunu li jzomm il-minuti tal-laqghat tal-Kumitat, jiffirma u jiffalja l-korrispondenza, u jsejjah il-laqghat tal-Kumitat f'isem ic-Chairperson.

4.12 Id-dmir ta' l-Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici jkun li jxandar stqarrijiet jew dokumenti ohra mahruga mill-Assocjazzjoni skond kif miftiehem fil-laqghat tal-Kumitat.

4.13 Id-dmir ta' l-Ufficjal Finanzjarju jkun li jiehu hsieb transazzjonijiet finanzjarji f'okkazjonijiet li torganizza l-Assocjazzjoni.

4.14 Decizjonijiet tal-Kumitat jittiehdu b'maggoranza assoluta tal-voti (nofs u wiehed) fejn ic-Chairperson, minbarra l-vot tieghu bhala delegat tal-ghaqda msiehba tieghu, jerga' jivvota f'kaz li l-votazzjoni tirrizulta marbuta.

4.15 Il-Kumitat Rapprezentativ ghandu l-jedd u d-dmir li jwissi kull persuna jew ghaqda msiehba li, fil-fehma tieghu, ma tkunx qieghda tagixxi fl-ahjar interessi ta' l-Assocjazzjoni.

4.16 Qrib tmiem is-sena ta' hidmietu, il-Kumitat Rapprezentativ isejjah Laqgha Generali ghall-ghaqdiet u l-persuni kollha msiehba, li fiha jaghti rapporti dettaljati ta' hidmietu fis-sena ta' qabel.