|
KODICI
TA' ETIKA
Ghall-Voluntiera li jzuru l-Prigunieri
[English
version]
1. Mal-prigunier uza kortesija
kbira, edukazzjoni u rispett
2. Iltaqa’ mal-prigunier
b’ilbies decenti, nadif u pulit
3. Kun puntwali u konsistenti
fiz-zjajjar tieghek lill-prigunier
4. Tkellem mal-prigunier
minghajr kliem baxx, doppju sens, insinwanti jew indecenti
5. Thaddet mal-prigunier
b’mod sincier u onest u evita ghal kollox li tigdeb, anki
b’mod ckejken
6. Irrispetta t-twemmin
religjuz u politiku tal-prigunier u tippruvax iddawwarlu dak it-twemmin
7. Tkellem dwar voluntiera
ohra bir-rispett u l-prudenza u tghid xejn li jista’ jnaqqas
l-integrità morali taghhom
8. Heggeg ir-rispett lejn
l-awtoritajiet u l-ufficjali tal-habs u tuza qatt kliem ta’
tmaqdir fil-konfront taghhom
9. Obdi dejjem l-ordnijiet
ta’ l-ufficjali tal-habs u kellimhom bir-rispett u l-edukazzjoni
kollha
10. Taghmel ebda wieghda
lill-prigunier li ma tistax izzomm
11. Evita li titghabba
b’responsabbiltà ta’ flus, dokumenti importanti,
hwejjeg jew affarijiet ohra personali tal-prigunier
12. Jekk tilmah fi prigunier
sinjali ta’ dipressjoni inkwetanti, specjalment suwicidali,
ghid b’dan lil ufficjal kompetenti ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl
13. Zomm ghalik kull informazzjoni
kunfidenzjali li prigunier jista’ javda mieghek, sakemm
dan ma jikkostitwix periklu ghal haddiehor
14. Tkellem fuq id-diffikultajiet
li jinqalghulek ma’ l-ufficjal kompetenti ta’ Mid-Dlam
ghad-Dawl
|