Stqarrija ta' Principji

English version

IS-SHUBIJA TAGHNA

Twaqqfet mill-prigunieri fil-habs ta' Kordin fl-1995 biex issahhah il-gustizzja fil-gzejjer Maltin billi jinholoq ambjent ahjar fejn kull bniedem ikun jista' jigi rrispettat bhala persuna, bil-jeddijiet u d-dmirijiet kollha tieghu. Flimkien ma' Daritama, li taghha naghmlu sehem, ahna ninsabu mpenjati voluntarjament biex intejbu l-hajja tal-persuni, l-aktar ta' dawk mirfusa mill-ohrajn. Ghalhekk,

FILWAQT ILLI NAGHARFU LI:

  1. 1. Kull bniedem huwa tajjeb u jghix hajtu jiddefendi l-jedd tieghu li jghix;
  2. 2. Kull bniedem jitnissel b'opportunitajiet indaqs li, ghal xi raguni jew ohra, jitnaqqsulu maz-zmien;
  3. 3. Kull bniedem ghandu minnu nnifsu x-xewqa li jerga' jikseb l-opportunitajiet li kellu mat-tnissil tieghu filwaqt li jaghmel hiltu biex jiddefendi dawk li jkun ghad fadallu;
  4. 4. Kull bniedem ifittex dejjem u kullimkien li jkun ferhan u ma jahseb, jghid u jaghmel xejn bil-ghan dirett li jgiblu hsara ghalih innifsu; u
  5. 5. Minbarra li kull hazen igib il-hsara fuq min jaghmlu, ebda bniedem ma qatt jaghmel il-hazin minn rajh, imma dejjem ghax ikun imgieghel minn haddiehor, mic-cirkustanzi jew mill-injuranza tieghu nnifsu;

NAGHARFU WKOLL LI:

  1. Bil-ligijiet tieghu, minbarra l-iskop ewlieni li jhares lilu nnifsu, kull nazzjon ghandu jkollu wkoll l-iskop li jhares lic-cittadini tieghu minn kull xorta ta' theddid ghall-jedd taghhom li jghixu fil-gustizzja;
  2. Kull cittadin ghandu d-dmir li jhares il-ligijiet legittimi tan-nazzjon tieghu u ta' haddiehor; kull ksur ta' dawk il-ligijiet jesponih ghall-kastig tal-qrati tal-gustizzja; u
  3. Kastig gust huwa dak proporzjonat mar-reat li jkun twettaq; fl-ezekuzzjoni tieghu, mhux biss ma jistax inaqqas jew jeqred ghal kollox il-possibbiltà futura li cittadin ighix ferhan fil-harsien tal-ligijiet legittimi tan-nazzjon, imma sahansitra ghandu jkabbar dik il-possibbiltà;

NISTQARRU LI:

  1. Nixtiequ biss l-akbar gid tas-socjetà, ghax nemmnu li, bit-titjib tal-gustizzja u l-istituzzjonijiet li jharsuha, igawdu c-civilizazzjoni u l-bon ordni tan-nazzjon taghna, u s-sliem u l-hena tac-cittadini kollha; u
  2. Nikkundannaw kull xorta ta' vjolenza u kriminalità, ghax nemmnu li, filwaqt li nistghu nifhmu r-ragunijiet profondi li jgieghlu lil persuna biex tasal li taghmel reat kriminali, hadd qatt ma jista' jkollu l-jedd li jaghmel hsara lil haddiehor;

U GHALHEKK:

  1. Ghandna missjoni ta' taghlim, ghax nemmnu li, bil-ghan li ntejbu l-gustizzja ta' pajjizna, ninsabu obligati li, b'ghamliet differenti, niddjalogaw u nitghallmu ma' kulhadd: mac-cittadini, mal-vittmi tal-kriminalità, ma' l-offensuri tal-gustizzja u ma' l-operaturi tas-sistema gudizzjarja;
  2. Irridu nibdlu ghall-ahjar l-istrutturi tas-sistemi gudizzjarji u penali, ghax nemmnu li, ghalkemm hija mill-qalb tal-bniedem li tinbet il-bidla, huma biss l-istrutturi ta' l-istituzzjonijiet (il-qorti, il-pulizija u l-facilitajiet korrettivi) li jaghmlu l-bidla realment possibbli;
  3. Nghinu lill-vittmi tal-vjolenza u l-kriminalità, ghax nemmnu li nistghu ntaffulhom l-ugiegh li garrbu bl-azzjonijiet diretti jew indiretti li twettqu kontrihom, u nwittu ghalihom triq ta' rikonciljazzjoni; u
  4. Nassistu lill-offensuri tal-gustizzja, ghax nemmnu li nistghu nwassluhom biex jagharfu l-hsara li ghamlu lilhom infushom u lil haddiehor, ipattu ghaliha bil-gid, u jkollhom ir-rispett u l-htigijiet li jixirqulhom.

GHALDAQSTANT:

Bir-rieda taghna li, dejjem u kullimkien, naghtu lil kull wiehed il-jedd tieghu - kemm jekk cittadin, kemm jekk vittma ta' l-ingustizzja, kif ukoll jekk offensur kriminali - u b'hekk nahdmu biex intejbu l-hajja tal-persuni u noholqulhom ambjent ahjar fejn jigu rrispettati bil-jeddijiet kollha taghhom, naghmlu din l-Istqarrija ta' Principji, illum, it-2 ta' Dicembru 1997, ahna:

Louise Avellino, George Busuttil, Lourdes Busuttil, Konrad Cassar, Ivan Cauchi, Margaret Cauchi, Raymond Sammut, Rose Mary Spiteri, Frank Theuma, Stefan Mifsud, Mark Montebello, Marlene Miceli

 

back to menu