Sodi fil-fehma
Il-kaz ta' l-estradizzjoni ta' Egizzjan

Minn Dr Mark F. Montebello

 

MOHAMMED ABBASS, imwieled il-Kajr (l-Egittu) fl-1971, kummercjant tat-tessut, f’April tas-sena li ghaddiet tqieghed fuq il-lista ta’ l-Interpol (il-pulizija internazzjonali) f’konnessjoni ma’ qtil li allegatament sar f’Istambul aktar kmieni dak ix-xahar stess. Il-vittma sfurtunat jinghad li kien Edgar Fernandes, ta’ 37 sena, librar, Ingliz ta’ dixxendenza Asjatika.

Fernandes ilu nieqes mid-9 ta’ April, 1998, u hadd ma jaf x’sar minnu aktar. Hu mahsub li nqatel fuq xatt il-Bosforu, ghax fil-11 ta’ April ittella’ katavru mill-ilmijiet li, wara tliet gimghat ifittxuh kullimkien, il-familja ta’ Fernandes identifikatu bhala tal-qarib taghhom. Izda dan m’huwiex cert. Tant hu hekk li, f’Dicembru ta’ wara, l-Assistent Kummissarju Malti, Andrew Seychell, ipproduca fil-Qorti taghna dikjarazzjoni li ntbaghtet mill-fergha Torka ta’ l-Interpol lil dik Maltija, liema dikjarazzjoni tghid li l-kadavru li kien mahsub li hu ta’ Fernandes ma setax jigi identifikat bhala li hu tieghu.

Evidentement, m’huwiex maghruf kemm kien ilu mgharraq fl-ilma dan il-katavru, ghalkemm mill-awtopsja li saret fuqu hareg bic-cert li l-mejjet kien qala’ daqqa mortali fuq l-iskutella ta’ rasu b’oggett iebes, x’aktarx seratizz jew lembuba.

Meta hareg il-mandat ta’ l-Interpol, f’April ta’ l-1998, Abbass kien qieghed Malta. Dahal f’pajjizna fis-16 ta’ April b’passaport li kien jindika li l-Egizzjan kellu visa biex joqghod fostna ghal hamest ijiem biss. Minbarra li apparentement kellu visa skaduta, irrizulta li Abbas kien qieghed jigbed il-flus bil-karta tal-kreditu bankarju ta’ Fernandes. Fil-fatt, Abbas u Fernandes kienu ltaqghu f’Istambul jumejn qabel ma l-Ingliz safa nieqes.

Bl-ghajnuna tal-pulizija Ingliza, li hadet interess specjali fil-kaz tac-cittadin Brittaniku, il-pulizija Maltija hafet wara l-Egizzjan, sabitu u arrestatu. Abbass gie akkuzat bi frodi ta’ passaport u ta’ karta ta’ kreditu. F’Lulju, it-Turkija formalment talbet lill-gvern Malti sabiex jestradixxi lil Abbass lejn it-Turkija. It-talba ta’ l-estradizzjoni kienet segwita mill-qrib mill-awtoritajiet Inglizi, li jidher li qeghdin jaghmluha ta’ intermedjarji fil-kaz. Dawn l-awtoritajiet jinsabu nstigati mill-familja ta’ Fernandes li bil-herqa jridu li ssir gustizzja malajr.

Il-Gvern Malti, izda, ghadu m’accettax it-talba ta’ l-estradizzjoni, u jidher li baqa’ ma talabx lill-Qorti tal-Gustizzja sabiex tistharreg jekk hemmx xi bazi ghal tali estradizzjoni. Wara li originarjament kienet saret it-talba min-naha tat-Turkija, l-Avukat Generali talab lid-Direttur Generali tal-Ministeru tal-Gustizzja Tork sabiex jassigurah li, f’kaz li c-cittadin Egizzjan jinstab hati ta’ qtil premeditat, ma jinghatax il-forka bil-piena kapitali, jew ghall-anqas il-piena ma tigix esegwita b’mewt. It-Turkija, fil-fatt, ghad ghandha fl-istatuti taghha l-mewt bil-forka bhala piena kapitali u bil-Ligi ta’ l-Estradizzjoni taghna, Malta tista’ tichad talba ta’ estradizzjoni li tkun gejja minn pajjiz li ghad ghandu l-piena tal-mewt fil-legislazzjoni tieghu.

It-Turkija, fil-fatt, la tista’ u lanqas ma hi lesta li tassigura b’certezza assoluta li l-Egizzjan ma jinghatax il-forka f’kaz li jinstab hati minn Qorti Torka. Il-piena tal-mewt ilha ma tigi applikata fit-Turkija mill-1984, u bhalissa suppost li l-parlament Tork qieghed jiddiskuti riforma fil-kodici penali tal-pajjiz li tinkludi l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt. Imma dan hu kollu kliem fil-vojt u l-parlament tork ma tistax toqghod fuqu.

Fit-twegiba tieghu ghat-talba ta’ l-Avukat Generali Malti, id-Direttur Geneali tal-Ministeru tal-Gustizzja Tork qal illi f’kaz li l-Egizzjan tinqatghalu ghall-forka, dejjem jibqa’ l-possibbilta’ li l-Gvern Tork jintervjeni mal-parlament tieghu biex is-sentenza ma tigix esegwita b’dan il-mod. Kostituzzjonalment, biex il-piena tal-mewt tigi applikata, jehtieg l-approvazzjoni tal-parlament Tork li tirratifika kull decizjoni tal-Qrati f’dan ir-rigard.

Gimgha ilu, fl-20 ta’ Mejju, Qorti Torka kkundannat ghall-mewt lil Semdin Sekik, mexxej Kurd, fuq l-akkuza ta’ separatizmu, u t-Torok lesti jaghmlu l-istess ma’ Abdullah Ocalan, il-mexxej Kurd l-iehor, fuq l-istess akkuza. Skond ghejjun infurmati, il-parlament Tork lest japprova dawn iz-zewg ezekuzzjonijiet ghax it-tieni l-akbar partit tat-Turkija, il-Partit Azzjonista Nazzjonalista (MHP) ta’ Bevlet Bahceli, jaqbel ma’ l-applikazzjoni tal-pieni kapitali. Wara l-elezzjonijiet fit-18 ta’ April, il-Prim Ministru, Bulent Ecevit (li rebah l-elezzjoni), mistenni jinghaqad man-Nazzjonalisti estremi biex din il-gimgha jifforma koalizzjoni governattiva. Mill-1995 ’l hawn, it-Turkija diga’ kellha hames gvernijiet differenti.

Dan juri li l-assigurazzjonijiet tat-Turkija lil Malta huma dghajfa daqs ir-ramel. Imma minkejja dan kollu, u fuq kollox minkejja li l-kadavru misjub fuq xatt il-Bosforu jista’ ma jkunx ta’ l-Ingliz mitluf, il-familja ta’ Edgar Fernandes tibqa’ tinsisti li l-Gvern Malti ghandu jkun flessibbli fil-fehma tieghu u jibghad lil Mohamed Abbass ghad-destin tieghu. Fil-mohh tal-familja jidher li m’hemm dubju ta’ xejn, u l-haqq taghha diga’ ghaddietu. Li kien ghaliha, Abbass ilu li nghata l-piena tal-mewt bosta xhur ilu.

Gimgha ilu, il-familja ta’ Fernandes, flimkien ma’ xi familji ta’ vittmi ohrajn, sahansitra waqqfet ghaqda bl-isem ‘Justice for Britons Murdered Abroad’ (JBMA; Gustizzja ghal Inglizi Maqtula f’Pajjizi Barranin). Dan m’huwiex hazin sakemm il-ghaqda zzomm il-kalma u tahseb b’mod razzjonali. L-azzjonijiet li qieghda taghmel s’issa din il-ghaqda huma li torganizza sahriet wara l-bibien ta’ ufficcji marbuta mal-kaz ta’ Abbass. Skond Krishna Maharaj, il-membru fundatur tal-ghaqda, sahriet simili huma ppjanati ghal wara l-bieb tal-Prim Ministru Ingliz u tal-Kummissjoni Gholja Maltija f’Londra.

Imma l-Gvern Malti qieghed jaghmel tajjeb hafna li ma jcedix. Il-principju fil-Ligi ta’ l-Estradizzjoni taghna li Malta tista’ tichad talba ta’ estradizzjoni li tkun gejja minn pajjiz li ghad ghandu l-piena tal-mewt fil-legislazzjoni tieghu, ghandha bazi qadima u umanitarja. Il-fatt li xorta jibqa’ l-fakulta’ li dan il-principju ma jigix osservat, ghax il-ligi ma torbotx ghal kollox lill-Gvern Malti, xorta wahda l-principju ghandu jigi osservat skrupolosament.

Il-Gvern Malti jaf tajjeb li la l-Gvern Tork u wisq anqas il-parlament Tork ma tista’ toqghod fuqhom, anki jekk jaghtu assigurazzjonijiet li jkunu jidhru ghal kollox solidi. Aktar minn hekk, skond l-Amnesty International, it-Turkija ghandha lista twila ta’ akkuzi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, fosthom kazi ta’ tortura, swat, maltrattament ta’ gurnalisti barranin, u nies li jisparixxu fix-xejn minn taht idejn il-pulizija.

La darba l-Egizzjan Abbass jinsab issa f’Malta, il-Gvern Malti m’ghandux jestradixxih lejn it-Turkija. L-awtoritajiet Inglizi qeghdin jaghmlu hazin li joholqu pressjoni halli jgeghlu lill-Gvern Malti jagixxi f’dan ir-rigward, u jaghmlu hazin ukoll jekk jittamaw ghalxejn lill-familja ta’ Fernandes li Malta se twarrab principju importanti bhal dak li jinsab fil-Ligi ta’ l-Estradizzjoni taghha.

Le ghall-estradizzjoni! Prosit lill-Gvern Malti li qieghed izomm sod fil-fehma!