Minn Dr Mark F. Montebello
L-inkjesta
tal-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs dwar l-allegazzjonijiet ta’ swat
fuq tliet habsin fit-22 ta’ Gunju, 1999,
ghadha sejra b’ritmu meqjus u hafif. Personalment, ghajr
dan it-taghrif, m’ghandi ebda idea ohra ta’ fejn
waslet l-inkjesta jew meta tista’ tintemm. Nittama biss
li l-membri tal-Bord li qeghdin jaghmlu din l-inkjesta jagharfu
jevitaw b’mod abbli, bhalma ghandi fidi, l-iskolli u
l-halel li jistghu qeghdin jahdmu kontra r-rebha tal-gustizzja,
li huma ghandhom ir-responsabbilta’ li jroddu.
L-inkjesta fil-habs
Ilkoll nafu li l-membri ta’ dan il-Bord, ghalkemm m’humiex
specifikament u professjonalment imhejjija biex jaghmlu inkjesti
bhal dawn, zgur li ghandhom id-dehen u l-preparazzjoni mehtiega
sabiex ma jhallu injorata ebda tentufa li tista’ tixhet
dawl fuq il-verita’ tal-fatti. Kemm-il darba jien stess
tkellimt u ktibt kemm f’dan il-pajjiz hawn nuqqas ta’ rispett
lejn il-verita’, u l-habs m’huwiex eccezzjoni. Anzi,
ikolli nghid li hu xempju f’dan ir-rigward.
L-inkjesta m’ghandhiex tibqa’ sejra ‘ad infinitum’,
minghajr ma tispicca qatt. Naf li qieghed isir sforz genwin,
u napprezzah, mill-membri tal-Bord. Wara kollox, dawn huma biss ‘part-timers’ fuq
bicca xoghol li ghaliha impenn ‘part-time’ ma jibbastax.
Saru bosta inkjesti ohra fl-imghoddi mill-Bord tal-Habs li, ghal
xi raguni jew ohra, ma ntemmew qatt, u qatt ma taw konkluzjoni
finali. Cert li din id-darba dan m’huwiex se jigri. Inzid nghid li huwa assolutament mehtieg ukoll li dak li dwaru,
tul l-investigazzjonijiet, il-Bord jifforma konvinzjoni morali
dwaru, il-Bord ma jistriehx qabel ma jqalleb kulma hu mehtieg
halli jippruvah ’l hinn minn kull dubju. Ikun hazin li,
jew biex jigu mghaggla l-affarijiet, jew minhabba li jkun imbarazzanti
wisq ghall-investigaturi, l-inkjesta tieqaf minghajr ma tipprova
dak li jkun hemm konvinzjoni morali dwaru.
Allegazzjonijiet huma biss indikazzjonijiet
L-allegazzjonijiet m’humiex zghar jew hfief. Tassew, huma
allegazzjonijiet u xejn aktar. Jehtieg jigu ppruvati ’l
hinn minn kull dubju ragonevoli. Minkejja dan, fihom infushom
ma jistghu qatt jigu njurati jew imnaqqsa mill-importanza taghhom. Jien konxju hafna kemm l-opinjoni pubblika kienet u probabbilment
ghadha kontra t-tliet habsin, u kwazi kwazi taw ragun lil min
seta’ sawwathom, ‘ghax hekk kien haqqhom’.
Dan ir-ragunament juri li m’huwiex qieghed jigi mifhum
il-punt principali li qeghdin naghmlu shabi u jien ta’ Mid-Dlam
ghad-Dawl (Daritama).
Il-punt hu dan: AHNA RRIDU LI L-HABSIN MA JISSAWTU QATT. U dan
jghodd ukoll ghal kulmin jigi arrestat. Hu ghalhekk li ma ridniex
li l-allegazzjonijiet ma jigux injorati. Kulhadd jaf kemm kienu
hfief biex, dak in-nhar stess li hrigna l-istqarrija taghna li
zvelaw l-allegazzjonijiet, il-Ministru ta’ l-Intern u d-Direttur
tal-Habs jichdu ghal kollox li fil-habs sar xi haga. Ghagglu
wisq. Wara bdew jinghataw versjonijiet ohra. Wara bdew l-inkjesti.
Il-valur tal-verità
Possibbli li l-valur tal-verita’ ma jiswa xejn fostna?
Possibbli li l-poplu ma jinpurtah xejn jekk il-gustizzja u l-verita’ jirbhu
jew jitilfu? Possibbli li l-poplu kollu jemmen li l-habsin haqqhom
jigu msawta u mahqura? Jien nahseb li m’huwiex possibbli. Jien nemmen li, imqar
persentagg zghir fost il-poplu, kapaci jifhem l-implikazzjonijiet
u l-konsegwenzi ta’ din id-drama kollha. Ghaliex ghandhom
hafna nies jibqghu jaraw sal-ponta ta’ mnehirhom biss?
Ma jistghux jifhmu li dak li nizirghu llum, tajjeb jew hazin,
jinbet ghada, u bil-grazzja t’Alla jxettel?
Jien nifhem perfettament li min kiser il-ligi ghandu jhallas
ghal ghemilu. Izda nemmen fermament li l-kastig ghandu joqghod
ghalih bid-dinjita’, minghajr theddid ghas-sigurta’ tieghu.
Bniedem b’esperjenza twila ta’ vjolenza zgur li ma
jistax jitjieb jew jitghallem f’ambjent vjolenti.
Motivazzjoni nadifa
Shabi u jiena rridu HABS B’UMANITA’, u dan jeskludi
kull tip ta’ vjolenza u turment, kemm jekk fizici, u kemm
jekk mentali. Zvelajna l-allegazzjonijiet, li jibqghu tali sakemm
ippruvati, ghal din ir-raguni biss. La ridna u lanqas irridu
nivvendikaw irwiehna minn xi hadd, u nzid nghid bil-qawwa kollha
li ma kellna assolutament ebda motivazzjoni politika f’dak
li ghamilna. Li kieku dak li ghamilna ma kienx gej mill-imhabba, kieku l-hidma
kollha taghna hi tassew vojta u bla sens. Jien (biex ma nitkellimx
f’isem shabi wkoll) inhobb lill-gwardjani u lill-pulizija
li jahdmu fil-habs. Inhobbhom, u nithassar lil min fosthom jista’ ghandu
elementi tant vjolenti fil-karattru tieghu. Fil-habs, bhalma
kullimkien, dejjem nipprova biex, bil-hniena t’Alla, naghder
u nhenn ghall-midneb, u nhobbu, waqt li nobghod id-dnub li jista’ ghamel
jew jibqa’ jaghmel. Jien zgur li m’inix wiehed li
nista’ nixhet l-ewwel gebla, wara kollox. La ta’ l-ewwel
u lanqas ta’ l-ahhar.
Imma nifhem li kulhadd iqis lil haddiehor bil-kejl tieghu u,
ghalhekk, ma nistaghgibx li xi hadd jista’ jiggudikani
billi jghid li dak li naghmel, anki f’dan il-kaz, ghandu
xi spirtu vendikattiv jew partiggjan fih. Dak, nifhem jien, jarah
hu. Min-naha tieghi, izda, l-impenn ewlieni tieghi, solennement
ipprofessat, huwa lejn l-Evangelju ta’ Gesu’. Mill-bqija
kollox jigi wara, sottomess ghal dan l-impenn li ghazilt u nibqa’ naghzel
b’liberta’ shiha.
Habs b’umanità
Hawnhekk nixtieq niddikjara li fil-habs m’ghandi xejn kontra
HADD. Ghandi biss kontra l-vjolenza, u nobghod il-vjolenza waqt
li nhobb, bil-grazzja li jaghtini Alla, lil min jaghmilha. Nghid
aktar: il-vjolenza niggildilha, fija nnifsi u f’haddiehor,
kemm jekk hi esplicita, u kemm jekk hi sottili jew mistura. Ta’ l-ahhar: mill-habs m’ghandi intenzjoni li jitkecca
HADD. Jekk xi hadd m’huwiex adatt ghal dak l-ambjent, allura
dan jarawh is-superjuri tieghu jew l-awtoritajiet kompetenti.
Jien, min-naha tieghi, m’inix se nieqaf milli ngib ghall-attenzjoni
taghhom, u tal-pubbliku (jekk mehtieg), in-nuqqas ta’ min
adatt ghall-habs m’huwiex.
|