Soghba kbira

Minn Dr Mark F. Montebello

Quddiem il-fatti terribbli li sehhew tul din il-gimgha li ghaddiet f'zewg kazi separati – il-mewt tragika u vjolenti tal-Kuntistabbli Roger Debattista, ta' Vanessa Grech, u tac-ckejkna Aley Grech – is-soghba kbira tieghi mibdilha f'fatti u mhux f'paroli. Hafna nies ohrajn, bil-kontra, is-soghba taghhom jibdluha f'paroli u mhux f'fatti.

F'okkazjonijiet koroh bhal dawn, hafna nies ihallu lilhom infushom jingarru ghal kollox mill-emozzjoni. U nifhem li quddiem l-emozzjoni, specjalment meta hi reazzjoni istantanja, naturali u qawwija, ir-raguni m'ghandha ebda sahha jew effett. Imma nifhem ukoll li l-emozzjoni qatt ma solviet problemi, imma zidithom; hi biss bir-raguni li nistghu naraw ftit car fic-cpar tat-tragedji.

Nghid dan mhux b'insensittività ghal dak li gara, b'nuqqas ta' rispett lejn il-vittmi msejkna, b'nuqqas ta' simpatija mal-familji taghhom, jew biex niddefendi lil min wettaq dawn ir-reati terribbli. Nghid dan ghax nixtieq hafna li hwejjeg bhal dawn ma jsehhux aktar, la fostna u la mkien.

Jien nikkundanna bl-aktar mod qawwi dawn id-delitti; u rrid li min ghamilhom jiehu l-kastig li haqqu. Fl-istess waqt, izda, bis-sahha tar-raguni, nixtieq nara anki sforzi genwini biex isir xi haga halli tragedji bhal dawn ma jsirux aktar. Anzi, biex tragedji bhal dawn nagharfu ma nhalluhomx ghaddejja minghajr ma nfittxu li nitghallmu minnhom halli nkomplu ntejbu l-istrutturi ta' pajjizna.

Ha nikkoncentra ghal ftit waqtiet fuq il-kaz tal-mibki Kuntistabbli Roger Debattista. It-temma tragika tieghu turina li r-responsabbiltà ta' mewtu jridu jgorruha wkoll dawk li ma pprovdewx facilitajiet bizzejjed ghas-sigurtà ta' hajtu u ta' hajjet l-impjegati u l-klijenti tal-bank fejn inqatel. Iridu jgorruha wkoll dawk li ma pprovdewx lill-Kuntistabbli apparat sufficjenti ghall-harsien ta' hajtu. Ha nfisser.

Il-Kuntistabbli ma kienx liebes flokk bullet-prove. Il-hgieg tal-bank ma kienx bullet-prove. L-arma li kien qieghed igorr il-Kuntistabbli ma kinetx xierqa bizzejjed ghal cirkustanzi simili. L-entratura tal-bank ma kinetx zgura bizzejjed halli timblokka dhul sfurzat jew dhul ta' massa ta' nies. Il-Kuntistabbli ma kienx imharreg bizzejjed biex jaghmel xoghol ta' harsien ma' bank. Lanqas ma kien inxurjat b'mod xieraq ghal xoghol bhal dan.

Dawn huma ftit mill-affarijiet li ghandhom juruna li kull bank ghandu jaghmilha bil-wisq aktar difficcli, biex ma nghidx impossibbli, li terga' ssehh tragedja bhal din. Kulhadd jaf li f'hafna banek, il-pulizija ghassa mad-dhul tal-bank aktar jaghmilha ta' purtinar milli ta' ghassies. Kulhadd jaf li l-mezzi ta' sigurtà ghall-harsien ta' hajtu m'humiex sufficjenti. Dawn l-affarijiet ghandhom jigu rrimedjati mill-ewwel halli jiskoraggixxu lil min ghandu intenzjonijiet hziena u kriminali.

Kien gust u naturali li hafna nies ikkundannaw dan id-delitt fahxi, imma mbaghad fl-istess nifs hargu hafna sentimenti ta' vendetta u ta' hdura. Ghalija dan m'huwiex gustifikat. Nifhem li huwa difficcli, u li jrid xi haga aktar minn sempliciment sentimenti uman u naturali, biex wiehed jifred id-dnub mill-midneb. Imma jekk ma jsirx hekk, inkunu lkoll hatja ta' l-istess tip ta' kattiverja li temmet il-hajja ta' Kuntistabbli Debattista.

Il-gustizzja jehtieg li ssir, u jehtieg li tidher li qieghda ssir, imma l-iskop tal-gustizzja hu li ggib l-ordni mill-gdid, u mhux li ggib aktar dizordni. Il-kastig hu mahsub sabiex isewwi kemm jista' jkun id-dizordni tar-reat li jkun twettaq. U ghalhekk il-habs irid jintuza mhux biex johloq aktar dizordni, imma bhala mezz ta' ghajnuna ghas-socjetà.

Ghalija kien ikun ideali li kieku l-qattiel jew qattiela tal-Kuntistabbli Debattista fil-habs jifhmu l-hazen kbir u l-hsara enormi li ghamlu, jitghallmu jagharfu li l-finijiet taghhom (ghala ghamlu l-hold-up) setghu lahquhom b'mezzi aktar civili, u jghallmu lil haddiehor – specjalment liz-zghar – ghala t-triq tas-sewwa hi ahjar mit-triq tal-hazen. Imma l-habs taghna hu ferm u ferm il-boghod minn dan l-ideal. Ghalija din kienet tkun tassew gustizzja mal-mibki Roger Debattista. Hekk demmnu ma jkunx inxtered ghalxejn.

Semmejt ghaliex nemmen fit-titjib ta' l-istrutturi ezistenti ta' sigurtà ma' postijiet bhall-banek, u semmejt ukoll ghaliex nemmen fir-riedukazzjoni tal-prigunier. Dan m'huwiex bizzejjed ghall-gustizzja. Hemm il-familji tal-vittmi. U hawnhekk nitkellem, mhux biss dwar il-familja tal-Kuntistabbli Debattista, imma wkoll dwar il-familja ta' Vanessa u Aley Grech, u dwar il-familji tal-qattiela taz-zewg kazijiet.

Dawn huma kollha vittmi indiretti li jehtiegu ghajnuna specjalizzata, ghajnuna li l-Istat Malti m'huwiex qieghed jipprovdi. It-titjib li sar f'pajjizna ghall-harsien tad-drittijiet ta' vittmi bhal dawn, u anki tal-vittmi diretti tal-kriminalità, tant hi ckejkna li kwazi kwazi nista' nsejhilha insinifikanti. L-ghajnuna trid issir b'mod specjali fuq livell uman, u mhux istituzzjonali jew legali biss. It-terapija li ghandha tkun accessibbli ghal dawn in-nies kollha – qed jitkellmu f'daqqa wahda dwar tmien familji! – ghandna nfittxu li ninvestu fiha llum qabel ghada.

Fl-ahharnett, ma xtaqt ninsa l-korp kollu tal-pulizija. Illum aktar minn qatt qabel ninsabu konxji hafna tal-periklu li fih dawn ic-cittadini taghna jahdmu kuljum. Nittama li l-mezzi ta' sigurtà ghal hajjithom jibqghu jitjiebu kontinwament u effikacament. Imma jehtieg li jkunu mhallsin u inxurjati skond it-ton tal-periklu li jahdmu fih. Fil-bicca l-kbira tieghu, il-korp hu ghaqda ta' nies ta' talent u impenn kbir. Dawn il-kwalitajiet ghandhom jigu ippremjati dejjem.

18.11.01