Xandir kontro-produttiv

Minn Dr Mark F. Montebello

Din il-gimgha rgajt segwejt bhala spettatur id-diversi diskussjonijiet li saru, specjalment fuq ir-radju (jien rari nara televizjoni), dwar il-kazi ta' delitti li b'xorti hazina kellna fostna, imma wkoll dwar kazi ohrajn (bhall-pedofilja). Ghal darba ohra, ergajt kelli nisma' b'sentimenti ta' nies li jhallu jizvoga bla razan ragunevoli s-sens ta' vendikazzjoni li ghandhom.

Ghedt "nisma b'sentimenti" ghax ma nistax nghid "nisma' l-argumenti", ghax il-bicca l-kbira – biex ma nghidx kollha – ta' dawk li tkellmu ma kellhomx argumenti x'jipproponu. Hafna drabi, meta l-presentatur tal-programm jisma' dak li jkun qed jinghad lilu (li hu rari) u hu intelligenti bizzejjed biex jistaqsi mistoqsijiet pertinenti, deher bic-car li nies b'sentimenti vendikattivi baqghu jduru fi crieki dawratond.

Generalment, nies bhal dawn, mhux biss ma jkollhomx argument logiku xi jsostnu, imma fil-fatt, jekk taghfashom ftit biex ifissru dak li jkunu qeghdin jesprimu, jibdew dehlin f'kontradizzjonijiet wahda wara l-ohra. Issa l-kontradizzjoni turi li bniedem huwa favur u kontra xi haga fl-istess hin. L-aktar l-aktar, din il-haga turi li dak il-bniedem, mhux biss ghandu hsibijietu mhawda, imma hu emozzjonalment konfuz.

Din il-kontradizzjoni nifhimha. U nifhimha ghax naf kemm certu azzjonijiet li jolqtuna mill-qrib, li jweggghuna fil-laham il-haj, igibu konfuzjoni u tahwid mentali, emozzjonali u affettiv. Certi sitwazzjonijiet ta' vjolenza intensa kapaci jitilfulek kull sens ta' direzzjoni, civiltà u decenza.

Minkejja li nifhem din il-kontradizzjoni, ma naccettahiex u ma niggustifikahiex. Darba minnhom smajt prezentatur ta' programm jistqarr li jekk il-programmi tieghu kienu qed iservu sabiex ikabbru s-sens vendikattiv ta' l-udjenzi tieghu, allura kien jippreferi li ma jaghmilx programmi izjed. Mhux biss naqbel mieghu, imma naghtih ir-ragun. Ghax prezentaturi li jippretendu li jafu jirragunaw, imma mbaghad irewhu l-emozzjonijiet tal-pubbliku, ma nafx kemm jistghu jkunu konsistenti fihom infushom.

Il-prezentaturi tal-programmi tar-radju u t-televizjoni hafna drabi jibbazaw fuq l-emozzjonijiet tan-nies ghas-success tal-programmi taghhom. Aktar ma l-emozzjonijiet ikunu shan, aktar ikun hemm partecipazzjoni, aktar in-nies jaraw jew jisimghu dak il-programm, u aktar imur tajjeb il-business. L-emozzjoni saret it-termometru tas-success jew tal-falliment tal-programmi.

M'inix nghid li dan hu necessarjament hazin. Li qed nghid hu li ma tistax thaddan din l-attitudni, imbaghad tippretendi li n-nies li jippartecipaw jirragunaw b'mohhhom. Fil-fatt, ma jirragunawx. Jirreazzjonaw biss. U jirreazzjonaw emozzjonalment. Wara kollox, ghal dan ikunu gew instigati.

Minn fuq, bosta prezentaturi – li l-ewwel iqabbdu n-nar, imbaghad jaghmlu ta' birruhhom li qed jippruvaw jitfuh – jippretendu li l-programmi taghhom huma skejjel ta' taghlim popolari. Fil-verità ma huma xejn aktar minn fossa ta' injuranza tboss. Bosta prezentaturi, mhux biss m'humiex qed jghallmu s-sewwa, jew ghallanqas l-uzu korrett tar-raguni, imma qed jikkonfermaw hafna nies fl-injuranza taghhom u fin-nuqqas kbir kbir kbir ta' taghrif u dehen li ghandhom.

U allura kif nista' nippretendi li suggetti bhall-kriminalità u l-kontroll taghha jistghu jigu diskussi b'kalma u b'mohh car u ekwilibrat! L-emozzjoni sempliciment teskludi l-ekwilibriju tal-gudizzju, il-bilanc mentali u l-kalma affettiva. U meta tkun qawwija hafna, tikkancellahom ghal kollox.

Is-sentimenti vendikattivi li b'xorti hazina xi prezentaturi qeghdin jinkuraggixxu minn fuq it-televizjoni u r-radju, mhux biss qeghdin jghawgu ghal kollox il-verità tal-fatti, imma qeghdin ukoll jirredikolaw l-istess valuri li jaghmlu x-xandir taghhom possibbli. Hafna nies, infatti, jirrabjaw irrazzjonalment ghall-ezekuzzjoni effettiva tal-pulizija, ghall-awtonomija tal-qrati, ghad-dritt tad-difiza legittima, ghall-harsien tal-privatezza tal-persuna umana, ghal-libertà tad-demokrazija, u ghal hafna valuri ohra li c-civiltà ta' zmienna waslet biex tqis bhala sagrosanti.

Xi whud anki zeffnu lili fin-nofs u rrabjaw ghalija ghax qalu li "jiddefendi l-kriminali". Ha nghidha hawnhekk ghall-elf miljun darba li, le, le, le, le, le, le, le u le, shabi u jien ma niddefendux lill-kriminali. Ahna niddefendu d-dritt ta' kulhadd, ta' kulhadd, ta' kulhadd, li jibqa' meqjus innocenti sakemm, u sakemm biss, jigi ppruvat li huwa hati. Niddefendu d-dritt ta' kulhadd, ta' kulhadd, ta' kulhadd, li, anki meta misjub hati, bniedem tibqa' tigi rrispettata ghal kollox id-dinjità umana tieghu.

U ghala naghmluh dan? Ghall-istess raguni li biha nikkundannaw kull tip ta' vjolenza u kriminalità, u rridu li naraw kull tip ta' vjolenza u kriminalità sparixxuti ghal kollox mid-dinja.

Imma possibbli li dan hu difficcli wisq biex wiehed jifhem? Biex forsi nghin ftit li xi hadd jifhem naqra ahjar, f'kaxxa hawnhekk qieghed naghti tmien principji li shabi u jien inqisuhom fundamentali bhala gwida generali f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mal-kriminalità u l-amministrazzjoni tal-gustizzja. Jalla m'iniex ingibhom ghalxejn.

Principji fundamentali bhala gwida generali f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mal-kriminalità u l-amministrazzjoni tal-gustizzja:

1. Kull bniedem huwa tajjeb u jghix hajtu jiddefendi l-jedd tieghu li jghix.

2. Kull bniedem jitnissel b’opportunitajiet indaqs li, ghal xi raguni jew ohra, jitnaqqsulu maz-zmien.

3. Kull bniedem ghandu minnu nnifsu x-xewqa li jerga’ jikseb l-opportunitajiet li kellu mat-tnissil tieghu filwaqt li jaghmel hiltu biex jiddefendi dawk li jkun ghad fadallu.

4. Kull bniedem ifittex dejjem u kullimkien li jkun ferhan u ma jahseb, jghid u jaghmel xejn bil-ghan dirett li jgiblu hsara ghalih innifsu.

5. Minbarra li kull hazen igib il-hsara fuq min jaghmlu, ebda bniedem ma qatt jaghmel il-hazin minn rajh, imma dejjem ghax ikun imgieghel minn haddiehor, mic-cirkustanzi jew mill-injuranza tieghu nnifsu.

6. Bil-ligijiet tieghu, minbarra l-iskop ewlieni li jhares lilu nnifsu, kull nazzjon ghandu jkollu wkoll l-iskop li jhares lic-cittadini tieghu minn kull xorta ta’ theddid ghall-jedd taghhom li jghixu fil-gustizzja.

7. Kull cittadin ghandu d-dmir li jhares il-ligijiet legittimi tan-nazzjon tieghu u ta’ haddiehor; kull ksur ta’ dawk il-ligijiet jesponih ghall-kastig tal-qrati tal-gustizzja.

8. Kastig gust huwa dak proporzjonat mar-reat li jkun twettaq; fl-ezekuzzjoni tieghu, mhux biss ma jistax inaqqas jew jeqred ghal kollox il-possibbiltà futura li cittadin ighix ferhan fil-harsien tal-ligijiet legittimi tan-nazzjon, imma sahansitra ghandu jkabbar dik il-possibbiltà.