Minn Dr Mark F. Montebello
Kull hmistax, hu l-pjacir kbir tieghi li niltaqa’ mal-vittmi
tal-kriminalità. Ikolli din l-opportunità ghax
kull hmistax shabi u jien inlaqqghu xi whud minn dawn il-vittmi
flimkien sabiex naghtu appogg u kuragg lil xulxin.
Hu pjacir tieghi niltaqa’ regolarment ma’ dawn in-nies
ghax jghallmuni hafna. Fix-xoghol li shabi u jien naghmlu fil-qasam
tal-gustizzja kriminali, ma hu qatt bizzejjed it-taghlim, specjalment
fejn jidhlu l-emozzjonijiet u l-attitudnijiet tan-nies.
Il-laqghat taghna mal-vittmi tal-kriminalità sa certu
punt jibbilancjaw il-laqghat l-ohrajn li ahna naghmlu fil-habs
mal-prigunieri. Il-vittmi u l-prigunieri jiffurmaw zewg nahat
ta’ l-istess munita, biex nghid hekk. Huma xejriet differenti
hafna ta’ l-istess realtà wahda, li hija l-kriminalità.
Il-pozizzjoni taghna quddiem dawn iz-zewg kategoriji ta’ nies
hi wahda ta’ rispett enormi. Nirrispettaw il-vittma u nirrispettaw
l-offensur. Ma naraw ebda kontradizzjoni f’dan, bhalma
jaraw hafna nies.
Il-fatt li ahna nassistu lill-prigunieri u l-offensuri tal-gustizza
fl-esperjenza penali taghhom, ma jaghmilniex ghedewwa tal-vittmi
li seta’ kellhom. U, bil-maqlub, l-imhabba u l-affezzjoni
li ahna ghandna mal-vittmi ma jaghmilniex ghedewwa tal-prigunieri
jew ta’ l-offensuri li seta’ kellhom.
Ahna nfittxu li nirrispettaw lil kulhadd skond il-personalità,
il-karattru u l-attitudni tieghu. Personalment, jiena nhossni
onorat li Alla tani din il-grazzja li nkun qrib tal-prigunieri,
l-istess bhalma nhossni furtunat li ghandi l-opportunità li
niltaqa’ u nitkellem mal-vittmi tal-kriminalità.
F’kull kaz, shabi u jien ghandna missjoni sabiha, anki
jekk hafna drabi ma tkunx facli. Din il-missjoni hi li nuru lil
nies imweggghin hafna imhabba. Nuruhom dik l-imhabba u dak ir-rispett
li forsi haddiehor ma jurihomx, jew li ma jhossx li ghandu jurihom.
Nghid ghalija, aktar ma nintebah li bniedem hu abbandunat u
kkundannat, aktar inhossu dmir tieghi ? uman u nisrani ? li nirrispettah
u nurih imhabba fil-prattika.
Mhux talli ma nisthix minn dan l-impenn tieghi li nieqaf mal-vittmi
tal-kriminalità u anki mal-habsin, imma talli nhossni
kburi u onorat. Hu unur ghalija li naqdi lil Gesù u l-Knisja
tieghu f’dawn in-nies iddisprezzati.
Naghmel dan kontra kull oppozizzjoni li nista’ nsib. Anzi,
aktar ma nsib oppozizzjoni u disprezz, aktar nitheggeg fl-impenn
tieghi.
Kundanna, iva, ghad-dnub; hniena, u hafna mhabba, ghall-midneb.
12.05.02
|