Minn Dr Mark F. Montebello
Mit-Tnejn, 29 ta’ April, sat-Tlieta li ghadda, 14 ta’ Mejju,
ghal aktar minn gimghatejn, tajt is-servizz li nassisti fil-qorti
kriminali lill-akkuzat Aimen El Baden waqt il-guri tieghu. Dan
kien inkarigu ufficjali, fuq stedina ta’ l-akkuzat innifsu,
u bil-permess formali tal-familja El Baden ta’ Tripli (Libja),
ta’ l-awtoritajiet tal-habs, u tal-qorti.
Servizz umanitarju
Xogholi, naturalment, ma kienx legali. Dan
kien xoghol l-avukat difensur, li f’dal-kaz kien Dr. Joseph Mifsud, li mexxa
d-difiza bi professjonalità u hila kbira. Dmiri kien li nieqaf ma’ l-akkuzat moralment u umanament
f’mument ta’ tensjoni kbira ghalih. Kien ukoll li
nzomm lill-familja tieghu fil-Libja infurmata dwar l-istat personali
tal-qarib taghhom waqt il-guri.
Dan is-servizz hu aspett wiehed biss tal-hidma li shabi u jien
naghmlu fil-qasam tal-gustizzja kriminali matul is-sena kollha.
Hi hidma li tlaqqaghna ma’ kull xorta ta’ nies: offensuri
tal-gustizzja, vittmi tal-kriminalità, gwardjani tal-habs,
gurnalisti, operaturi tal-gustizzja (pulizija, avukati, magistrati
u mhallfin, membri tac-civil fis-servizz tal-qorti jew ta’ dipartimenti
ohra tal-gvern) u l-bqija.
Mhux approvazzjoni
Dan is-servizz partikulari (jigifieri l-assistenza
ta’ akkuzat
waqt il-guri) ghandu d-diffikultajiet tieghu minhabba li generalment
jidentifikak ma’ l-akkuzat u, b’mod aktar specifiku,
mar-reat li jkun akkuzat bih. Hafna nies anki jahsbu li int sahansitra
tapprova l-allegat reat tieghu. Ohrajn imorru anki pass iehor ’il quddiem. Jahsbu li,
ghax tkun qieghed tassisti lill-akkuzat, m’ghandek ebda
simpatija jew hniena ghall-vittma li l-akkuzat jista’ jkollu.
Il-familja tal-vittma, nghidu ahna, tista’ tkun fost dawn
ta’ l-ahhar.
Il-verità hi li xejn minn dan ma hu minnu. Il-fatt li
nassistu lill-akkuzat fl-aktar mument qalil ghalih b’ebda
mod ma jfisser li napprovaw dak li seta’ ghamel, u lanqas
li ma nhossux ghall-vittma li seta’ kellu, jew anki ghall-familja
tal-vittma.
Id-dinjità tal-persuna
Propjament, meta nassistu lil offensur tal-gustizzja
f’xi
stadju tal-kaz tieghu ? mill-ewwel jum ta’ l-arrest sa
l-ahhar jum tas-sentenza tieghu ? u anki, ghandi nghid, wara
li jkun skonta s-sentenza, ahna ftit nikkoncentraw fuq in-natura
tar-reat li jkun gie akkuzat bih jew li ghalih wehel il-habs. Ghalina hu bizzejjed li nagharfu li huwa bniedem. Dan ma jfissirx
li ma naghtu kas ta’ xejn aktar. Ifisser li, bhala bniedem
? arrestat, issentenzjat jew b’kondotta mahmuga ?, ahna
naghtuh ir-rispett li jmiss lil kull persuna umana ohra.
Kemm jekk hu arrestat jew issentenzjat fil-habs, kemm jekk waqt
guri kriminali, u kemm jekk wara l-hrug tieghu mill-habs, lil
kull bniedem ? hu min hu, ghamel x’ghamel, u jisthoqqlux
jew le ? naghtuh il-gieh u r-rispett tad-dinjità tal-persuna
umana.
"Kont il-habs ..."
Dan mhux kulhadd jifhmu. U nammetti li mhuwiex
facli tifhmu. Shabi u jien nifhmuh, mhux ghax ahna bravi, umani
jew qaddisin
aktar minn haddiehor. Imma ghax lilna nghatat il-grazzja li
nifhmuh. M’ghandix mod iehor kif nispjega din il-fehma. U ladarba nifhmuh, lesti li niddefendu d-dinjità umana
ta’ kull bniedem li gie arrestat jew issentenzjat. U niddefenduha
kontra kulmin bil-hsieb, bil-kliem jew bl-ghemil jaghmel jew
ifittex li jaghmel xi haga biex bl-icken mod inaqqasha.
Fil-qorti ma’ l-akkuzat inkompli, anki f’isem shabi,
il-missjoni li ghandi li “naghmel ma’ l-izghar fost
huti” dak li Gesù qalli li naghmel mieghu stess.
Ghax Gesù stess qal li “kulma taghmlu ma’ l-izghar
fost dawn huti, tkunu taghmluh mieghi ... ghax jien kont il-habs
u intom gejtu magenbi”.
Habib tieghi wkoll
Waqt il-guri, qalbi nghasret ghall-vittma u ghall-familja tieghu.
Tassew. Lil Alfie Rizzo kont nafu personalment, u nista' nghid
li kien habib tieghi. It-telfa tieghu, f'cirkustanzi daqshekk
koroh u tragici, niktitni hafna. It-tluq tieghu kien ingust
u krudil. L-assistenza ma' dak li eventwalment gie misjub unanimament
hati tal-qtil tieghu, ghalhekk, kellha ghalija sinifikat partikulari.
Li nieqaf mill-qrib ma' dak li nehha l-hajja ta' habib tieghi
kienet prova qawwija ghal dak li nemmen fih.
Aimen dan jafu, ghax ghedtulu kemm-il darba. U mieghu dejjem
fittixt li nghidlu wkoll kemm Alfie, minkejja xi vizzji li seta'
kellu (bhalma ghandna ahna lkoll, wara kollox), kien ragel tajjeb.
Il-hbiberija tieghi ma' Alfie, izda, u s-soghba tieghi ghall-mod
kif tnehha, bl-ebda mod ma jcaqalquli d-determinazzjoni tieghi
li nassisti moralment u umanament lil dak li nstab hati tal-qtil
tieghu. Il-mandat tal-missjoni tieghi ma jiddajjifx bl-gharfien
tal-hruxija, izda jissahhah. Aktar ma tkun kbira l-mizerja umana,
aktar trid tkun kbira l-hniena.
Il-mahfra biss isserrah
Jien assistejt lil Aimen ghax nemmen li kull bniedem, ghamel
x'ghamel, ghandu jigi rrispettat bhala tali, specjalment f'mument
tant delikat f'hajtu. Dan mhuwiex nuqqas ta' rispett ghat-tifkira
ta' Alfie. Anzi. Huwa rikonoxximent tat-tjubija tieghu u tal-gid
li kien ihoss li ghandu dejjem jaghmel lil haddiehor. B'daqshekk lanqas ma nqast lill-familja tieghu. Tul dawn il-gimghatejn
jiena stajt inhoss, forsi aktar minn haddiehor, it-tbatija kbira
li gabet fuqhom it-tragedja tal-qarib ghaziz taghhom.
Forsi xi whud minnhom ihossu li issa li, wara
tant snin, spicca l-guri u nghatat is-sentenza, jistghu fl-ahhar
jistriehu. Jien
ghandi kull rispett lejn dan is-sentiment taghhom. Izda ma nahsibx
li hu minnu. Jiena konvint li l-mistrieh taghhom jistghu jsibuh
biss meta jahfru lil Aimen tassew minn qalbhom.
Gieh mhux ingurja
Dan mhuwiex facli. Jista' jsir biss bil-grazzja ta' Alla. Ir-rabja
hi haga naturali u mistennija, imma hi wkoll bhal actu fuq
ir-ruh ta' min igarrabha. Ir-rabja u n-nuqqas ta' mahfra la
jgibu l-paci u wisq anqas il-mistrieh. Xi ftit minn din ir-rabja rajtha fi tmiem il-guri t-Tlieta li
ghadda, meta xi hadd qrib il-familja mnikkta ta' Rizzo wzat mieghi
kliem ta' tmaqdir u anki azzardat tmissni. Jien ma nghoddx dan
kontriha. Imma wrieni li fil-qorti ma' l-akkuzat, kont akkuzat
mieghu; u mal-hati, gejt maghdud hati jien ukoll.
Dan jaghtini gieh kbir tassew.
19.05.02
|