Bhala organizzazzjoni li nfittxu li nsolvu l-problemi aktar milli
noholquhom, Mid-Dlam ghad-Dawl hija impenjata sabiex taghmel
dak li jissejjah "rapport socjali" ghal wiehed prigunier.
Dan ifisser li tigi mistharrga u studjata sewwa l-hajja tieghu
bl-iskop wahdieni li jsir xoghol mill-qrib mal-prigunier halli
lil hajtu jintraddilha futur ahjar. B'hekk is-socjetà li
tghix fiha int tkun isbah u ahjar.
M'hijiex idea hazina, hux? Imma xi ufficcjali fil-habs ma jahsbuhiex
bhall-bqija tas-socjetà. Ara din l-odisseja u ara taqbilx
mieghi:
Il-Gimgha 26 ta' April, kwazi xahrejn ilu, ktibt ittra lid-Direttur
tal-habs sabiex jippermettili laqgha privata mal-prigunier
X (li mieghu ghandna nahdmu). Ikkonsenjajtha lill-Manager tal-habs
waqt li fissirtlu sewwa dwar il-htiega ta' laqgha bhal din.
Gejt infurmat li, meta jitlestew xi formalitajiet, nigi kkuntattjat
ghall-appuntament fuq il-mobile.
Domt nistenna tliet gimghat, u ebda appuntament ma wasal, u hadd
mill-habs ma ghamel kuntatt mieghi. It-Tlieta, 21 ta' Mejju,
ergajt mort personament ghand il-Manager tal-habs sabiex niccekkja
x'sar mill-ittra tieghi. Dan staghgeb kif is-Surgent inkarigat
ma kienx ikkuntattjani. Qalli li kien se jiccekkja x'gara.
Stennejt erbat ijiem, u ebda Surgent ma kkuntattjani fuq il-mobile
jew xi mkien iehor. Il-Gimgha, 24 ta' Mejju, tlabt lill-Maggur
fis-Central Hall tal-habs sabiex ihalli lill-prigunier X jasal
wasla mieghi fl-ufficcju tad-Direttur halli forsi nkunu nistghu
naghmlu l-famuz appuntament. Minflok, dan irreferiena ghall-ufficcju
ta' Surgent iehor. Dan ghamlilna appuntament ghat-Tnejn, 27
ta' Mejju, fid-9.00 ta' filghodu.
It-Tnejn mort il-habs ghall-appuntament.
Minflok ma ltqajt mal-prigunier X, dahluni fl-ufficcju tad-Direttur
fejn
kien hemm il-Manager
u s-Surgent. Dan ta' l-ahhar qalli li kien ipprova jikkuntatjani
darbtejn. Imma dan ma rrizultalix. Hu x'inhu, il-Manager
u s-Surgent qaluli li ma stajtx niltaqa' ma' X, l-ewwelnett
ghax
is-Surgent l-iehor ma kellu ebda awtorità jaghmel
appuntamenti; u t-tieni, ghax il-kamra fejn kellna niltaqghu
kienet ghall-avukati
biss, u ghal hadd aktar. Ghandi nghid li f'dak il-hin il-"kamra
ta' l-avukati" kienet vojta u ma kien hemm hadd go fiha.
Qaluli wkoll li l-laqgha li tlabt riedet issir fis-sezzjoni "Tad-Debituri",
fejn soltu jsiru z-zjarat. Tlabthom isibuli xi kamra dak
il-hin biex ma nkunx mort il-habs ghalxejn, imma qaluli li
dan kien
impossibbli. Wara xi telefonata xi mkien, is-Surgent qalli
biex nerga' mmur l-ghada fil-11.00 ta' filghodu.
Wara nofsinhar ta' dak il-jum stess, cempilli
fuq il-mobile is-Surgent l-iehor. Dan prudentement staqsieni
jekk stajtx inzomm l-appuntament
li ghamluli. Jien ghedtlu li ma stajtx minhabba impenji ohra
fl-istess hin. Staqsejtu jekk fid-"Debituri" kontx
se nkun nista' ndahhal il-karti necessarji biex nikteb id-dettallji
li kelli niddiskuti mal-prigunier X, u qalli li dan ma kienx
possibbli. Accertajtu li jien ma stajtx naghmel il-laqgha
tieghi minghajr il-karti, u ghalhekk weghidni li kellu jiccekkjali
x'arrangament seta' jsir. Imma ma smajtx aktar minghandu.
L-ghada, it-Tlieta, 28 ta' Mejju, iltqajt
mal-Manager fil-Qorti, u gharraftu bl-appuntament, u ghedtlu
li s-Surgent
kien qalli
li fid-"Debituri" ma stajtx indahhal karti. Il-Manager
jaf perfettament li l-karti ghandi bzonn indahhalhom mieghi.
Ghalhekk assigurani li hu stess kien se jaghti l-permess li
fil-laqgha tieghi ma' X fid-"Debituri" nkun nista'
ndahhal il-karti mieghi. Qalli biex inkellmu personalment
aktar tard fl-4.30 ta' wara nofsinhar il-habs.
Fl-4.30 ta' wara nofsinhar
kont il-habs, imma qaluli li l-Manager kien qieghed jiltaqa'
mal-prigunieri u ghalhekk kelli nerga'
mmur infittxu aktar tard.
Tlaqt u rgajt mort infittxu siegha wara,
fil-5.30 pm. Il-Maggur tas-Central Hall ikkuntattja lill-Manager
bit-telephone
u gharrafni
li l-Manager tah istruzzjonijiet biex jien u X niftehmu flimkien
ghal appuntament fid-"Debituri", u hu (il-Maggur)
jinforma lill-Manager. Ghalhekk ftehemna dak il-hin stess
ghall-Hamis, 30 ta' Mejju, fil-11.00 ta' filghodu. Il-Maggur
informa lill-Manager.
Il-Hamis fl-10.45 ta' filghodu mort id-"Debituri" ghall-appunament
ma' X. Il-Maggur u l-SRT tad-"Debituri" qaluli li
X ma kienx miktub u laqgha mieghu ma kinetx possibbli. Tlabthom
icemplu lis-Surgent jew lill-Manager, imma ma ridux. Qaluli
biex
immur l-Outside Gate u, jekk iridu, icemplulhom minn hemmhekk.
Fid-"Debituri", qalli l-SRT, ma kellhom ebda obligu
jcempluli lil hadd.
Fil-11.05, ghalhekk, meta suppost kont bdejt
il-laqgha tieghi ta' tliet kwarti ma' X fid-"Debituri", kont l-Outside
Gate u tlabt biex, kif qalli l-SRT fid-"Debituri",
icempluli lis-Surgent jew lill-Manager. Il-Maggur ta' l-Outside
Gate qalli li l-Manager ma kienx hemm, u ghalhekk cempel
lis-Surgent. Ghall-istaghgib kbir tieghi, is-Surgent qal
lill-Maggur li
jien ma kelli ebda appuntament mal-prigunier X, u ghalhekk
ma stajtx niltaqa' mieghu. Qallu jghidli wkoll li, jekk ridt
inkellem lil X, kelli mmur mal-familja tal-prigunier fiz-zjara
li jkollha darba fil-gimgha u nkellmu waqt din il-visit.
Dan kien verament izzejjed! Jiena ghedt lill-Maggur
li din kienet buffunata shiha, u li s-Surgent ried ikun buffu
biex jissuggerixxi
haga bhal din meta kien jaf perfettament tajjeb li rapport
tant delikat u privat ma setax isir fil-prezenza tal-familja.
Fil-pront nizel hdejja s-Surgent l-iehor (ma nafx min kien baghat
ghalih), li ghedtlu bil-buffunata kollha. Qalli biex nikkalma
u nhalli l-appuntament ghal darba ohra.
Din hi sempliciment gharukaza shiha. Qeghdin naghmlu dak kollu
li nistghu sabiex naghtu futur ahjar lil prigunier li ghandu
kull raguni biex jaqta' qalbu mill-hajja, u l-awtoritajiet tal-habs,
mhux biss qeghdin jaghmluha assolutament impossibbli, imma qeghdin
jittrattawna bhat-trab ta' l-art.