Il-gudikatura skond Gatt

 

Minn Dr Mark F. Montebello

 

Il-Ministru Austin Gatt kulmeta jfettillu jxarrab u jimxah il-gudikatura. Ghallanqas kemm ilu ministru tal-gustizzja, il-politika kienet ta' l-imwieg. Iqajjem mewga, ihalliha tmut, silenzju, imbaghad mewga ohra. Qisu bahar stinat ihabbat fuq blat maghmul sewwa li d-daqqiet fuqu ma jiswew ghalxejn.

Xi jrid jghid biha din li kultant jaqbad mal-gudikatura? Kull darba jgholli l-expectancies (tal-pubbliku almenu), u donnu kull darba wkoll il-muntanja twelled gurdien (mejjet).

F'dak li jghid f'dawn il-mewgiet ta' elokwenza mahsuba ma jkunx zbaljat, naturalment. Anzi, jidhirli jien li juri hafna sens fil-frosta li jfaqqa' fuq id-dahar mibni tal-gudikatura. Taf x'ghandu jghid, jaf fejn ghandu jghidu u probabbilment jaf ukoll meta ghandu jghidu.

Il-kliem tieghu, f'kull wahda mill-mewgiet, hu dejjem meqjus u mbiddet: ifahhar ftit, isawwat, ifahhar naqra ohra, u jerga' jsawwat ... Hija kemxejn sadista s-sistema, imma hadd ma jaf fil-fatt jekk hux qieghda taghmel gid jew le. Jew ahjar: hadd ma jaf lil min qed taghmel gid.

Lilna, il-poplu, gid specjali ma tidhirx li qed taghmlilna. Ilkoll naqblu li xi riforma hemm bzonn li ssir fis-sistema tal-qorti, u dan inghad ukoll kemm-il darba fil-bidu ta' kull sena gdida tal-gudikatura. Il-Ministru Gatt stess weghidna hafna, hafna, imma ma jidhirx li qieghed irodd daqskemm geghilna nemmnu, jew forsi daqskemm xtaq hu stess.

Certament fil-mewgiet tieghu li issa drajna, tinkixef xi ftit tal-frustrazzjoni tieghu fir-rezistenza li xi whud jibqghu joffrulu fit-titjib li jidher li jrid. Mhuwiex l-ewwel avukat li xtaq jirranga lil dawk shabu li jpoggu fuq il-bankijiet aktar gholja minn tieghu, u aktarx mhux se jkun l-ahhar wiehed.

Ma nahsibx li ghandi ghalfejn inzid nghid li l-gudikatura ma titharrikx jekk ma tharrikx lilha nnifisha hi. Zgur li m'ghandix ghalfejn nghid lill-Onorevoli Ministru Gatt li quod non fecerunt barbari fecerunt Barberini. Lill-gudikatura, la mill-bieb u lanqas mit-tieqa ma tidhlilha. Minghajr hbiberija u shubija ma min hu kkoncernat, Onorevoli, il-mewg jista' jibqa' jhabbat kemm irid, anki b'forza akbar.

Min-naha l-ohra, Onorevoli, napprezza hafna dak li qieghed tipprova taghmel. Hemm bzonnu. Huwa ahna, il-poplu z-zghir, li qeghdin nibqghu nhallsu l-prezz ghali u qares ta' l-inefficenza magisterjali.

04.08.02