Minn Dr Mark F. Montebello
Dan l-artiklu kellu jidher fit-Torca tal-11 ta' Awissu, 2002, izda gie ccensurat fit-totalità tieghu.
Deher, imbaghad, gimgha wara b'xi modifiki. Hawnhekk ghandek
il-versjoni originali.
Tul din il-gimgha, intqal hafna dwar l-arrest kontra zewg imhallfin,
wiehed minnhom il-Prim Imhallef u, jekk ma tridx, il-Vici President
tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja (li l-President
taghha huwa l-President tar-Repubblika). Jekk xejn, dan id-diskors
kollu wera kemm il-Gvern, il-Qrati u anki l-Oppozizzjoni timxi
b'two weights and two measures. Ghax huma mhallfin, il-proceduri
u t-trattamenti kollha nbiddlu minn lejl ghan-nhar. Ibda biex, il-Prim Ministru qal li l-poplu staghgeb li zewg
imhallfin qatt setghu jkunu b'xi mod implikati f'simili allegat
korruzzjoni. Dan mhuwiex minnu. Il-poplu staghgeb kif qatt seta'
jkun li fil-fatt jigu arrestati. Il-fiducja fil-gudikatura ilha
hafna titnaqqar bil-qajla l-qajl. Certi imhallfin ilhom hafna
snin l-ghajn tinghorok. Imma hadd ma kien interessat, ghajr iz-zghir
li ma seta' jaghmel xejn kontra s-sitwazzjoni.
Il-kaz m'ghandux x'jaqsam biss ma' dawn iz-zewg imhallfin biss,
Arrigo u Vella, imma ma' kull imhallef u kull magistrat li jezisti
fil-Qrati taghna. Kif nistghu nkunu nafu dawn ircevewx xi flus
ukoll? Kif nistghu nkunu nafu dawn humiex nodfa? Kif nistghu
nkunu certi f'idejn min qeghdin inhallu lhitna?
Terga' u tghid, ebda avukat ma hu implikat f'dawn il-buzullotti?
L-avukati kollha jistghu jghidu li huma nodfa? Hadd minnhom ma
kkollabora mas-Sur Arrigo jew is-Sur Vella f'xi zmien jew iehor?
Issa sirna nafu li l-awli tal-Qrati mhumiex vergni bhalma dejjem
ippuzawlna. Issa sirna nafu, saflahhar, li l-amministrazzjoni
tal-gustizzja f'dan il-pajjiz hi marida u marida sew. Dan il-kaz
ta' Arrigo u Vella hu biss the tip of the iceberg? X'hemm mohbi
minn taht, li l-poplu ma jistax jarah?
F'daqqa wahda, bl-arrest ta' dawn iz-zewg sinjuri illustri,
sirna wkoll nafu li l-gustizzja mhijiex ghal kulhadd l-istess.
Is-silver service li l-akkuzati qeghdin jinghataw aktar qieghda
ddahhal is-suspett f'mohh kulhadd li l-kbir u z-zghir mhumiex
indaqs quddiem il-ligi.
Mill-bidu, il-Prim Ministru u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni hargu
jghidu, flimkien ghal darba, li jridu jergghu jiksbu lura l-fiducja
tal-poplu fl-istituzzjoni tal-gudikatura. Dan qaluh ukoll magistrati,
imhallfin u avukati ohra. X'fiducja tridu minn ghandna? X'fiducja
jisthoqqilkom?
Mela min irid jikseb lura l-fiducja jaghti l-bail????? Li kieku
kontu rgiel u onesti kontu turuna li quddiem l-ghajnejn mghammda
tal-gustizzja kulhadd hu l-istess. Kontu tiehdu l-okkazjoni,
li kieku ridtu tirbhu l-fiducja lura, u tittrattaw liz-zewg akkuzati
bhalma tittrattaw lil akkuzati ohra. Mela x'fiducja tridu?
Jien nistaqsi, Sinjuri Rekuperaturi tal-Fiducja, ghaliex l-AG
din id-darba ma hassx il-bzonn li jappella, kif gieli ghamel,
kontra l-ghoti tal-helsien provizorju??? Kif seta' jerfaghha
fuq spallejh Magistrat tal-ghassa decizjoni bhal din???
Ghaliex din id-darba ma ntuzawx manetti bhalma jsir fil-kazijiet
l-ohra kollha???
Ghaliex ma nzammux arrestati f'cella bhalma jsir ma' kull cittadin
iehor???
Ghaliex kien hemm karozza ufficjali fi Triq ir-Repubblika, imhallsa
minn flus il-poplu, biex twassal wiehed mill-akkuzati lejn u
mill-Qorti??? Hekk isir ma' haddiehor???
Ghaliex Marexxall tal-Qorti akkumpanja wiehed mill-akkuzatiz,
qaghad idur bih u sa fetahlu l-bieba tal-karozza u sellimlu???
Hekk isir ma' l-akkuzati l-ohra kollha???
Kif inhi din li l-akkuzati hargu mill-bieb principali tal-Qorti???
Minn hemm jigu mghoddija l-akkuzati ta' Arrigo u Vella, u l-akkuzati
l-ohra kollha???
Sejrin isiru searches finanzjarji, lokali u barranin, halli
tigi skoperta l-provenjenza ta' l-assi kollha ta' l-akkuzati
kif isir f'kull kaz iehor simili????
Wiegbu dawn il-mistoqsijiet, Sinjuri Rekuperaturi tal-Fiducja,
u forsi tibdew tigbru giehkom!!!!
U nistaqsi aktar: Sejra ssir revizjoni tas-sentenzi KOLLHA moghtija
minn Arrigo u Vella? Fejn nafu jekk f'dawk is-sentenzi kollha
setax sar it-tbaghbis??? Is-sentenzi ta' ghomor il-habs fil-kaz
ta' Rahal Gdid se jerga' jigi miftuh jew investigat, halli nkunu
nafu kif u come Patrick Vella hareg b'sentenza daqshekk bizzarra!!!???
Se jsir studju fuq depositi bankarji li saru mill-akkuzati vicin
id-diversi sentenzi "strambi" li gieli nghataw???
Se jsir stharrig dwar il-possibbiltà ta' estorzjoni ta'
flus relatati ma' sentenzi eccessivi moghtija biex imbaghad jinbidlu
fl-appell???
U nixtieq nistaqsi aktar u aktar, jekk joghgobkom (ghax ghad
fadalli hafna): Jista' xi hadd jghidli – il-Kummissarju
Rizzo, per ezempju – jekk hijiex se ssir investigazzjoni
fuq prigunieri barranin (Inglizi, nghidu ahna) li forsi xi hadd
avvicinahom biex ihallsu xi flus halli titnaqqsilhom is-sentenza
taghhom!!!!????
Jista' xi hadd jghidli jekk xi wiehed mill-Imhallfin arrestati,
jew it-tnejn, jafux li certu José Cruz!!!????
Biex tinkiseb lura l-fiducja tal-poplu, il-Qorti u l-awtoritajiet
iridu jaghtu WIRJA ta' l-indafa tal-Qrati taghna. Nistenna, jien,
li jsiru investigazzjonijiet fuq is-sentenzi kollha li nghataw
f'dawn l-ahhar snin, sabiex jigi stabbilit ghala kien hemm diskrepanzi
kbar u sfaccati bejn sentenza u ohra ghal prattikament l-istess
reati.
Nistennew li l-awtoritajiet u l-Qrati nfushom juruna KIF certi
nies li ghaddew minn quddiem certi Imhallfin GEW ILLIBERATI.
U anki KIF nies ohrajn quddiem l-istess Imhallfin inghataw sentenzi
eccessivi u esagerati.
Il-qasba ilha ccaqcaq. U l-qasba ma ccaqcaqx ta' xejn!!!
18.08.02
|