"X'se jsir minnhom il-midinbin?"
Id-dumnikani u l-habs

 

Minn Dr Mark F. Montebello

 

Din l-espressjoni, hekk famuza mill-process tal-kanonizzazzjoni ta' San Duminku, turi b'liema sentiment qawwi kien jittratta l-pastorali tieghu l-fundatur ta' l-Ordni taghna. Ghalih, il-hidma li kien iwettaq fost in-nies ma kienx sempliciment impenn, imma kien qsim ta' hajja. San Duminku kien jghix l-esperjenza ta' l-imgarrab; u l-imgarrab kien iduq daqsxejn mit-tama ta' San Duminku.

L-istess passjoni, biex insejhulha hekk, ghax-xorti tan-nies kienet tinghex minn Santa Katerina ta' Siena. Il-hidma taghha qatt ma kienet sempliciment xoghol ma' haddiehor, imma dejjem esperjenza maqsuma ma' haddiehor. Fil-hidma taghha, ma kienx hemm biss qalbha, daqskemm hajjitha stess.

Bhal San Duminku, Santa Katerina ta' Siena kellha lil Gesù bhala l-ezempju u l-mudell morali taghha. Gesù qasam hajtu maghna, ghamel il-hajja tal-midinbin il-hajja tieghu: f'kollox minbarra d-dnub. Anzi, hu li ma kienx jaf x'inhu dnub – jghidilna San Pawl – Alla ghamlu dnub ghalina, halli jkollna s-salvazzjoni.

Id-dumnikani u l-habs

Ftit hu maghruf li, kemm San Duminku, kif ukoll Santa Katerina, kellhom appostolat karcerarju. Dan ifisser li kienu jzuru l-prigunieri u jieqfu maghhom fit-tribulazzjonijiet li kellhom. Skond ir-rakkonti l-aktar qodma, San Duminku kien izur il-prigunieri ta' spiss fil-habsijiet ta' Ruma. Dak kien l-istess zmien meta kien qieghed jahdem sabiex iniedi l-kunvent ta' Santa Sabina.

Santa Katerina, min-naha l-ohra, kienet izzurr hafna habsijiet fil-provincji ta' l-Italja ta' Fuq. Hu maghruf hafna r-rakkont meta, wara hafna zjajjar fil-habs, Santa Katerina rnexxielha (bil-grazzja t'Alla) tikkonverti kriminal maghruf u tassistih fl-ahhar mumenti ta' hajtu qabel ma nghata l-piena kapitali. Barra dan, hafna prigunieri ohrajn kellhom ix-xorti li jigu mghejjuna personalment minn Santa Katerina fil-habs fejn kienet izzurhom.

It-tradizzjoni ta' l-appostolat karcerarju, ghalhekk, ghandu storja qadima fl-Ordni taghna, u jmur lura sa l-aktar mumenti bikrin ta' l-avventura dumnikana. Din it-tradizzjoni ma nqatghet qatt fl-Ordni, u matul iz-zminijiet dejjem kien hemm dumnikani li wiegbu ghas-sejha ta' dan l-appostolat bil-qalb u bl-istess "passjoni" li bih kienu haduh San Duminku u Santa Katerina.

Biss biss, insemmi li, fost kemm huma maghrufa qaddisin, hu dumnikan – Patri Jean-Joseph Lataste (1832-1869) – li hu rikonoxxut bhala l-"appostlu tal-habsijiet". Dan sa nieda kongregazzjoni ta' sorijiet, imsejha Ta' Betanja (li ghadha tezisti), li originarjament kienet tilqa' go fiha bil-voti religjuzi ex-prigunieri nisa biss! Illum, dawn is-sorijiet (li mhumiex kollha ex-prigunieri) ghadhom attivi hafna mal-prigunieri u ma' wliedhom.

Id-dumnikani Maltin u l-habs

F'Malta, il-Konfraternità tar-Ruzarjanti hi maghrufa bizzejjed, bhalma hija maghrufa bizzejjed ukoll il-hidma ezemplari li kienet taghmel ma' l-ikkundannati ghall-mewt u mal-familji taghhom. Minn fost ohrajn, insemmi wkoll il-kaz ta' Patri Gwann Mattew Rispoli (1582-1639), mill-Isla, li l-fama tieghu ta' bniedem qaddis u erudit kienet mifruxa ma' l-Ewropa kollha.

Darba, dan Rispoli kien fi Sqallija, u hemmhekk kien hemm Malti li kkundannawh ghall-mewt. Malli sema' bih, Rispoli immedjatament mar ghand il-Vicire ta' Sqallija f'Palermo biex juza l-influwenza u l-fama tieghu biex jaqbez ghall-ikkundannat. "Tahseb int," qal Rispoli lill-Vicire, "li ghandi l-wicc immur lura Malta biex nisma' lil min jghid li, waqt li Rispoli kien f'Palermo, Malti bhalu nghata l-mewt!?" "Le!" wiegbu l-Vicire, u l-Malti nbidlitlu s-sentenza tieghu.

Storja helwa, li turi li qalbna kienet dejjem ma' dawk l-aktar nies mistmerra tad-dinja: il-prigunieri. Illum, din it-tradizzjoni tkompli fid-dinja kollha. F'hafna provincji ta' l-Ordni, patrijiet, sorijiet u lajci dumnikani huma impenjati fl-appostolat karcerarju. Biss biss, fl-Amerika, sa mis-seklu dsatax, id-dumnikani sa huma ufficjalment kappillani ta' xi habsijiet. U dan, mhux fuq bazi individwali, imma bhala xoghol tal-provincja!

Jien u l-habs

Il-hidma tieghi fil-habs ta' Malta ma bdejtux minn rajja. Qatt ma kelli f'mohhi li naghmel appostolat bhal dan. Kien Alla li sejjahli ghaliha b'mod tassew providenzjali. Dan gara li, f'April ta' l-1995, ghadd ta' prigunieri fil-habs ta' Kordin organizzaw grupp bejniethom li semmewh Mid-Dlam ghad-Dawl. Ftit xhur wara, tnejn minn dawn il-prigunieri spiccaw is-sentenza taghhom u hargu mill-habs.

Barra l-habs, raw kif ghamlu sabiex ikabbru l-grupp taghhom. Ghalhekk kienu stiednu ghadd ta' sacerdoti, fosthom jien, biex jiltaqghu maghhom halli jaraw min jithajjar jghinhom. Jien mort ghal din il-laqgha. Ma kont naf xejn fuq il-grupp li kien tnieda fil-habs ftit tax-xhur qabel, imma dan ma kienx grupp bhall-ohrajn li xi hadd, aktarx sacerdot, jorganizza ghal xi kategorija partikulari ta' nies ohrajn. Dan kien grupp ta' l-imgarrab.

Qalbi mill-ewwel ingibdet lejn dan l-appostolat, u weghidt lill-ex-prigunieri li nghinhom mill-ahjar li stajt u kompletament. Hekk bdiet din l-avventura mal-prigunieri, kif ukoll mal-familji u l-vittmi taghhom, avventura li issa ilha sejra aktar minn sitt snin. L-ispiritwalità li jien fittixt li nghajjex il-grupp biha hi evangelika u dumnikana.

Illum jien immur il-habs ta' Kordin niltaqa' mal-prigunieri wicc imb'wicc darbtejn fil-gimgha, it-Tlieta filghaxija u l-Gimgha filghodu. Kien hemm zmien meta norqod hemm kien jonqosni. Ghandi relazzjoni tajba hafna – fraterna u personali – mal-prigunieri kollha u mal-bicca l-kbira tal-gwardjani. Maghhom nitkellem dwar kollox, imma l-aktar dwar il-problemi partikulari taghhom.

Darba kull hmistax, niltaqa' wkoll mal-vittmi tal-kriminalità, specjalment mal-familji tal-prigunieri. Dawn il-laqghat isiru f'sala mislufa lilna l-Belt, u generalment tkun sharing madwar il-Kelma t'Alla. Fuq din il-bazi naqsmu bejnietna l-esperjenzi tal-hajja, partikularment dawk relatati mal-habs.

F'dawn l-impennji, ghandi x-xorti tal-kollaborazzjoni shiha ta' ghadd ta' voluntiera esperti fil-qasam tal-habs li, aktar milli mmexxihom jien, niffurmaw grupp wiehed ta' hbieb u haddiema f'din l-ghalqa difficcli. F'dan l-appostolat, ninsabu tliet dumnikani: Bro. James Degabriele (prenovizz), Patri Gigi Sapiano (li fortunatament ghadu kemm gie mill-Brazil), u jien.

Principji ta' twemmin

Flimkien – prigunieri, familjari, vittmi, u voluntiera –:

1. Nixtiequ biss l-akbar gid tas-socjetà: ghax nemmnu li, bit-titjib tal-gustizzja u l-istituzzjonijiet li jharsuha, igawdu c-civilizazzjoni u l-bon ordni tan-nazzjon taghna, u s-sliem u l-hena tac-cittadini kollha.

2. Nikkundannaw kull xorta ta’ vjolenza u kriminalità: ghax nemmnu li, filwaqt li nistghu nifhmu r-ragunijiet profondi li jgieghlu lil persuna biex tasal li taghmel reat kriminali, hadd qatt ma jista’ jkollu l-jedd li jaghmel hsara lil haddiehor.

Ghalhekk, ahna:

3. Ghandna missjoni ta’ taghlim: ghax nemmnu li, bil-ghan li ntejbu l-gustizzja ta’ pajjizna, ninsabu obligati li, b’ghamliet differenti, niddjalogaw u nitghallmu ma’ kulhadd: mac-cittadini, mal-vittmi tal-kriminalità, ma’ l-offensuri tal-gustizzja u ma’ l-operaturi tas-sistema gudizzjarja.

4. Irridu nibdlu ghall-ahjar l-istrutturi tas-sistemi gudizzjarji u penali: ghax nemmnu li, ghalkemm hija mill-qalb tal-bniedem li tinbet il-bidla, huma biss l-istrutturi ta’ l-istituzzjonijiet (il-qorti, il-pulizija u l-facilitajiet korrettivi) li jaghmlu l-bidla realment possibbli.

5. Nghinu lill-vittmi tal-vjolenza u l-kriminalità: ghax nemmnu li nistghu ntaffulhom l-ugiegh li garrbu bl-azzjonijiet diretti jew indiretti li twettqu kontrihom, u nwittu ghalihom triq ta’ rikonciljazzjoni.

6. Nassistu lill-offensuri tal-gustizzja: ghax nemmnu li nistghu nwassluhom biex jagharfu l-hsara li ghamlu lilhom infushom u lil haddiehor, ipattu ghaliha bil-gid, u jkollhom ir-rispett u l-htigijiet li jixirqulhom.

Il-prezenza ta' Gesù fil-habs

Kull darba li mmur il-habs, dejjem niftakar fil-kliem ta' Gesù: "Kont il-habs u gejtu magembi", u "Kulma ghamiltu ma' l-izghar fost dawn huti ghamiltuh mieghi". Huma kliem ta' kuragg kbir ghalija. Il-Papa prezenti, Gwanni Pawlu II, kemm-il darba ghallem li, b'dawn il-kliem tieghu, Gesù wera l-prezenza sagramentali tieghu fil-prigunieri. U Gwanni XXIII, meta zar il-habs ta' Regina Coeli ta' Ruma gimghatejn wara li lahaq Papa, qal lill-prigunieri li kien mar izurhom halli tinzel barka fuq il-pontifikat tieghu.

X'barka kbira u mqaddsa kienet dik iz-zjara fil-prezenza sagramentali ta' Gesù, mhux biss fuq il-pontifikat tieghu, imma fuq il-Knisja kollha!

Il-qaddis Lataste, fl-ewwel laqgha li kellu mal-prigunieri nisa fil-habs ta' Cadillac (Franza) fl-1864, wara li fakkarhom kemm in-nies jistmerruhom, qalilhom hekk: "U jien, ministru ta' Alla, konsagrat – anki jekk ghal kollox indenjament – ghas-servizz ta' l-altari tieghu, mahtur ghal hajti kollha ghac-cahda ta' dak kollu li intom abbuzajtu – minn rajja marbut bil-voti perpetwi tal-faqar, l-ubbidjenza u l-kastità – jien nigi ghandkom b'rieda hielsa, minghajr ma stennejt li intom tistednuni, u, b'idejja f'idejkom, insejhilkom hekk: tieghi l-aktar twajba, tieghi l-aktar fqajra, tieghi l-aktar gheziez huti."

Ghan-nisrani, il-prigunier jibqa' dejjem, dejjem, huh.

X'naghmel fil-habs?

Fil-habs, bhal San Duminku, bhal Santa Katerina, bhal Lataste, u bhal hafna sacerdoti u dumnikani ohra madwar id-dinja, jien infittex li nidhol fil-prezenza sagramentali ta' Gesù. X'jigifieri? Jigifieri mmur ’l hinn mill-qoxra tal-bniedem dghajjef, midneb, fqajjar, u mzebblah tal-prigunier, u nhares il-holqien sabih, nadif, u qaddis li ghamel Alla.

Jien ma naccetta qatt id-dnub. Anzi d-dnub tal-kriminalità nikkundannah dejjem, u dan anki mal-prigunieri. Imma ghall-prigunier innifsu, m'ghandix ghajr hniena, hniena u hniena. Kemm hi kelma sabiha! Hniena. Kemm jien grat lejn Alla u lejn il-Knisja li ghallmuni din il-kelma! Hniena. Hi bhal talba fuq il-fomm; hi bhal medicina ghar-ruh.

Nikkundanna d-dnub, imma qatt u qatt il-midneb. Ghamel x'ghamel, kbira kemm hi kbira l-hsara u l-hemm li seta' gab b'idejh, kull prigunier jibqa' iben ta' Alla; li ghalih ukoll Gesù xerred demmu. Ghamel x'ghamel il-prigunier, jien – li kieku kelli l-istess trobbija u l-istess cirkustanzi tieghu – stajt naghmel aghar. Min hu bla dnub biex jixhet l-ewwel gebla? Jien? Int? Xi hadd?

Fil-habs, min jaf kemm-il darba, wara li nkun smajt l-esperjenzi koroh ta' umiljazzjoni u ghajb li minnhom ikunu ghaddew xi whud mill-prigunieri qabel ma waslu sal-qabar tal-habs; min jaf kemm-il darba ghedt f'qalbi bhal San Duminku: "O Alla tal-hniena, x'se jsir minnhom il-midinbin?"

Quddiem it-tigrib tal-hajja u d-dnub Alla jghallimni l-umiltà. Kemm quddiem it-tbatija tal-prigunier, kemm quddiem it-tbatija tan-nies tal-familja msejkna tieghu, u kemm quddiem it-tbatija tal-vittmi innocenti tal-kriminalità, inhossni li rrid naghmel aktar, dejjem aktar, biex inwettaq il-missjoni ta' mhabba u hniena li ghaliha Gesù ghamilli l-unur kbir li jikkmandani.

2002