Mid-Dlam ghad-Dawl
ipproponiet is-sistema tal-Home Leave bhala incentiv veru fil-habs
u bhala appogg serju lill-familji tal-prigunieri. Fi ftit
kliem, il-Home Leave hija sistema li biha resident fil-habs
jinghata l-possibbiltà li jzur qraba jew intimi tieghu
kull xahar taht certu kundizzjonijiet.
Dan li gej huwa d-dokument
baziku li xandret Mid-Dlam ghad-Dawl bhala gwida ghall-kampanja
nazzjonali taghha.
Versjoni bl-Ingliz Il-proposta
tal-HOME LEAVE hija mahsuba l-aktar sabiex it-thaddim tal-gustizzja
tnaqqas kemm jista’ jkun l-effetti dizordinati
taghha fil-hajja tal-familji tal-habsin, fl-amministrazzjoni
tad-dixxiplina fil-habs u fl-affezzjonijiet tal-habsin.
Gustizzja dizordnata?
Kull
reat johloq dizordni. Il-qrati jhaddmu l-gustizzja b’tali
mod li jippruvaw jikkoregu dik id-dizordni mahluqa minn reat
bl-anqas effetti hziena possibbli ghall-partijiet
kollha nvoluti.
Il-habs, bhala kastig korrettiv, huwa wiehed mill-aktar mizuri
dixxiplinarji li fil-fatt, minkejja l-intenzjonijiet tajba tal-legislaturi,
johloq effetti hziena f’hafna oqsma. Dawn l-effetti jizdiedu
meta l-qaghda tal-habs tkun kontro-producenti ghall-intenzjonijiet
ta’ l-amministraturi tal-gustizzja.
Il-qaghda kurrenti tal-habs hija tali li fiha l-habsin ighixu
hajja ta’ “vagabondagg rekluz”: il-bicca l-kbira
tal-habsin ma jaghmlu xejn il-gurnata kollha. Jekk ma jkunux
qeghdin jaqsmu l-esperjenza kriminali taghhom ma’ xulxin
u jitghallmu l-metodi delinkwenti ta’ xulxin, jaraw ma’ min
jew ma’ xiex se jaqbdu. L-ufficjali u l-awtoritajiet tal-habs
huma l-vittmi jew il-mira l-aktar komuni u facli taghhom.
Il-habs, ghalhekk, biex jilqa’ ghal din il-qaghda, hu mfassal
b’tali mod biex johloq “effett sedattiv”: huwa
ntenzjonat li jhalli effett bhal ta’ kalmant fuq il-mizmuma
biex iraqqad fihom it-tnebbih dizordnat ta’ mohhhom. L-awtoritajiet
tal-habs, infatti, huma partikularment attenti biex jaghmlu zewg
affarijiet: wahda, li ma jhallu ebda habsi jaharbilhom; u, it-tieni,
li l-habsin joqghodu kwieti kemm jista’ jkun (u, ghalhekk,
jikkastigawh jekk ma joqghodx).
Il-ghanijiet tal-HOME LEAVE
Il-proposta
tal-HOME LEAVE hija mahsuba li tilhaq dawn l-ghanijiet ewlenin:
-
Tohloq incentiva serja ghall-habsin sentenzjati sabiex joqghodu
bil-ghaqal waqt iz-zamma taghhom
-
Tiffacilita z-zamma ta’ l-ordni u
d-dixxiplina fil-habs
-
Tkabbar is-self-confidence tal-habsin
-
Tibbilancja l-emozzjonijiet affettivi tal-habsin
u ta’ l-eqreb
familjari taghhom (inkluz it-tfal)
-
Issostni r-relazzjonijiet familjari tal-habsin
-
Kif tista’ tinhadem il-HOME LEAVE.
Il-kisba
tal-HOME LEAVE minn habsi tkun awtomatika:
- Tkun tista’ tinkiseb darba kull xahar
- Tkun tista’ tibda tinkiseb wara li l-habsi jkun skonta terz ta’ ghall-anqas
wahda mis-sentenzi moghtija lilu mill-qorti (minghajr it-tnaqqis
tar-remission)
- Fil-HOME LEAVE tieghu habsi jkun akkumpanjat minn ufficjal
wiehed tas-sigurta’
- Okkazjoni wahda ta’ HOME LEAVE tintilef minn habsi jekk fix-xahar ta’ qabilha
jkun instab hati ta’ reat kontra d-dixxiplina tal-habs
- Kull abbuz serju ta’ habsi waqt il-HOME LEAVE tieghu
ttellfu milli jgawdi mill-incentiv ghall-bqija tas-sentenza
tieghu
- Id-definizzjoni ta’ ‘familja’ fl-incentiv
tal-HOME LEAVE tkun skond id-disposizzjonijiet tar-Regolamenti
tal-Habs.
Il-HOME LEAVE bhala ncentiv
Il-habin igibu
ruhhom ahjar u jaghmlu uzu aktar siewi minn hinhom fil-habs
jekk ikollhom
incentivi
ghal
dan l-iskop.
Hadd ma
jaghmel xejn ghal xejn. U l-habsin m’humiex aghar
jew ahjar minn haddiehor. Huma bhal kulhadd li jridu ’l
min jaghmlilhom kuragg u jheggighom.
Li bniedem ikollu ncentiv f’hajtu jfisser li jkollu xi skop ghal xiex
ghandu jaghmel xi haga, skop li bih jikseb xi vantagg ghalih innifsu. Il-habsi,
li hajtu hi kollha kemm hi ikkontrollata minn haddiehor, u m’ghandu ebda
liberta’ jaghmel xi haga minghajr il-permess ta’ haddiehor, irid ’il
min jaghmillu hafna kuragg f’hajtu. Tassew li ghandu jhallas ta’ dak
li ghamel, imma dan ma jfissirx li m’ghandux ikollu motiv ghall-azzjonijiet
tieghu.
Meta habsi jkollu ncentivi li jhajruh joqghod bil-ghaqal,
fl-istess hin dan ifisser li jkollu raguni tajba u sufficjenti
biex jitbieghed
mill-imgieba
hazina.
B’xorti hazina, is-sistema karcerarja li qieghda tintuza bhalissa ftit
ghandha ncentivi, ghalkemm ir-regolamenti l-godda jitkellmu dwarhom f’ghadd
ta’ artikli. Is-sistema wzata bhalissa tishaq aktar fuq il-kastigi milli
fuq l-incentivi. Din hi sistema hazina li tgharraq is-sitwazzjoni ta’ habsi
aktar milli qatt tista’ tghinnu.
Il-principju li jrid jintuza fis-sistema ta’ l-incentivi huwa dan: ippremja
mgieba tajba biex tevita l-imgieba hazina. Il-habs taghna bhalissa ftit ihaddem
dan il-principju.
Incentiv mhuwiex privilegg
Dan
li se jinghad issa jserrah hafna fuq il-Woolf Report. Il-Woolf
Report inhareg
mill-Imhallef
Woolf
fl-1991 in vista tar-riforma
penitenzjarja u karcerarja ta’ l-Ingilterra u Wales.
Ir-Report huwa l-aktar dokument awtorevoli fl-Ewropa
fil-qasam tal-habs f’dawn l-ahhar 100 sena. Hemm hwejjeg fil-habs li jissejhu ‘privileggi’. Hija kelma mill-aktar
zbaljata fic-cirkustanzi. Il-Woolf Report kien qal espressament li dawn il-hwejjeg “should
not be described as privileges”. Bi ‘privilegg’ normalment
nifhmu xi vantagg moghti lil xi hadd bi grazzja specjali.
Il-‘privileggi’ huma affarijiet li ghandhom jitqiesu bhala mehtiega
fil-hajja tal-habs. Nghidu ahna, jissejjah ‘privilegg‘ li wiehed
icempel darba kuljum lill-familja tieghu, jew li wiehed jiltaqa’ mal-familja
tieghu darba fil-gimgha taht skorta, jew li jzomm radju jew television ckejken
fic-cella tieghu, jew anki li habsi johrog jahdem bla skorta fl-ahhar tliet
xhur tas-sentenza tieghu.
Il-‘privilegg’, allura, jissejjah tali ghaliex jista’ jigi
rrevokat bhala kastig ghal xi reat kontra d-dixxiplina tal-habs.
Il-Woolf Report jghid li “these facilities should be part of a prisoner’s
normal expectation”. Dan huwa ’l boghod minn dak li jezisti llum
fil-habs ta’ Malta. Imma din kienet ukoll is-sitwazzjoni fl-Ingilterra
u Wales qabel il-bidliet li ppropona l-Imhallef Woolf.
Infatti, ir-Report jghid hekk: “A system of incentives cannot be grafted
onto the system of ‘privileges’. A system of minor incentives would
be hard to administer fairly and without fear of prejudice. Incentives should
be built into the prison system”.
s Il-HOME LEAVE ‘privilegg
iehor’? Kif qal il-Woolf Report is-sistema
ta’ incentivi u s-sistema ta’ ‘privileggi’ m’ghandhomx
jithaddmu flimkien. Is-sistema tal-‘privileggi’ wzata
bhalissa hija antikwata u, kif qal il-Woolf Report stess, “the
discretion allowed to governors to grant and withdraw
selected ‘priveleges’ has
left prisoners aggreved, and with some justification”.
Il-HOME LEAVE m’huwiex privilegg iehor, imma ncentiv serju u qawwi biex
jippremja mgieba tajba u jevita mgieba hazina. Huwa ncentiv ta’ effikacja
kbira ghax imiss l-gherq ta’ hafna problemi f’salt, l-aktar minhabba
l-konsegwenzi koroh li ggib il-firda mill-familja.
Problemi mahluqa mill-firda
mill-familja
Il-firda mill-familja:
-
Tohloq problemi ta’ nuqqas ta’ sfog
sesswali kemm fil-habsi kif ukoll fil-persuni qrib tieghu
matrimonjalment
u affettivament
-
Taghmel lill-ulied isiru strangieri ghal missierhom jew
ommhom, u bil-maqlub
-
Tinkoraggixxi l-infedelta’ matrimonjali
-
Tiffacilita’ in-nuqqas ta’ gharfien
tal-problemi familjari min-naha tal-habsi
-
Tenfasizza n-nuqqas ta’ appogg min-naha
tal-habsi fit-toqol tal-familja
-
Tkabbar is-sens ta’ izolament tal-persuni
matrimonjalment jew affettivament qrib il-habsi
-
Izzid is-sens ta’ htija fil-habsi
-
Tfarrak il-familji
Il-HOME
LEAVE f’pajjizi
ohra
Is-sistema
tal-HOME LEAVE, ghalkemm tissejjah b’suriet differenti
(“conjugal visits” u l-bqija), tithaddem
b’success f’pajjizi ohra
hafna akbar minn taghna fejn is-sitwazzjoni
hija ferm aktar kumplessa minn taghna.
F’certi pajjizi, il-verzjoni
taghhom tal-HOME LEAVE sahansitra ssir
minghajr l-iskorta.
Il-Woolf Report kien favur li
sistemi bhal dawn jinghataw aktar spazji. “Home
leave should be extended,” jghid
ir-Report, “Home leave should
not be confined just to long term prisoners.
Home leave restores prisoners’ self-confidence,
helps maintain family relationships,
and is an incentive to behave well
in prison. It also eases pressure on
prisoners and on staffing.” Ir-Report
jinsisti li “provision should
be made for private family visits for
prisoners serving long sentences”.
Is-socjeta’ taghna hi wahda li thobb il-familja u tghozz
il-gabra u l-ghaqda taghha. Il-HOME LEAVE huwa mezz kif il-familji
tal-habsin ma jitfarrkux, izda jkomplu jissahhu ghall-gid taghhom
infushom u ghas-socjeta’ Maltija kollha.
Ara wkoll: Effetti
ta' l-inkarcerazzjoni fuq l-familji tal-prigunieri
|