Mid-Dlam
ghad-Dawl ghamlet din il-gabra mill-esperjenza taghha, twil
mal-10 snin, mal-familji tal-prigunieri. Il-gabra hija pprezentata
hawnhekk minghajr xi ordni partikulari.
Versjoni bl-Ingliz
Effetti fuq il-familja b'mod generali
- Il-karcerazzjoni titqies bhallikieku
miet xi hadd fil-familja.
- Jinbidlu r-rwoli tal-membri tal-familja.
- Jizdiet l-istress fil-membri tal-familja.
- Fil-hajja tal-familja jibdew jigu nvoluti wkoll membri ohra
mill-familja estiza.
- Jonqos il-hin liberu (minhabba impenji godda u zejda).
- L-ulied (ta' xi genitur inkarcerat) jisfaw minghajr role-figures
(sakemm ma jkunx ahjar ghalihom).
- L-ulied (ta' xi genitur inkarcerat) juru nuqqas ta' stabbiltà.
- L-ulied (ta' xi genitur inkarcerat) juru laxkezza fl-etika
sesswali taghhom (u xi kultant xewqa ta' tluq kmieni mid-dar).
- L-ulied (ta' xi genitur inkarcerat) juru sintomi ta' agir
problematiku, bhal: jagixxu b'mod immatur; jaghmlu affarijiet
li generalment
jaghmlu tfal izghar minnhom (jaghmlu f'soddtuhom,
jerdghu subghajhom, u l-bqija); jarguentaw hafna; jiddendlu
mal-genitur mhux inkarcerat
(b'mod li ma jafdax in-nuqqas taghha/tieghu);
isiru aggressivi; joholqu l-inkwiet ta' spiss; jibzghu joqghodu
ma' nies li ma
jafuhomx sew; u ma jkollhom kwiet imkien.
- Ommijiet (ta' wlied inkarcerati) jhossuhom cheated jew misruqa
minn uliedhom.
- Ommijiet (ta' wlied inkarcerati) jhossu bizgha (jew anzjetà)
akbar fuq dak li se jsir minn uliedhom
(konxji hafna li l-habs jibdel in-nies: ghall-ahjar? ghall-aghar?).
- Zieda fil-fidi (u f'Alla).
- Appogg lill-habsi mill-parti mhux inkarcerata titqies irrazzjonali
jew redikola minn membri ohra tal-familja
estiza.
Effetti fuq ir-relazzjonijiet interpersonali
- Il-genituri (ta' wlied inkarcerati) jibdew jidealizzaw
lil uliedhom (minhabba li jkunu ’l boghod minnhom).
- Tikber l-imhabba bejn il-parti mhux inkarcerata u l-habsi.
- Tikber ir-rieda li r-rabta (familjari, ta' mhabba) mal-habsi
tibqa' shiha (u ma tispiccax).
- Sens li l-parti mhux inkarcerata ghandha xi sehem fil-htija
u r-responsabbiltà tar-reat tal-habsi.
- Sens ta' misthija tal-parti mhux inkarcerata quddiem il-habsi.
- Sens ta' htija minhabba semplici assocjazzjoni (familjari)
mal-habsi.
- Konflitt ta' sentimenti (rabja/hniena; mibgheda/imhabba).
- Diffikultà fil-laqghat mal-habsi: il-laqgha mieghu
tigi mentalment ippjanata; isiru decizjonijiet konxji ta' x'ghandu
jinghad lilu jew le.
Effetti fuq il-finanzi tal-familja
- Tintilef paga (jekk genitur).
- Zieda konsiderevoli ta' spejjez ghall-habs.
- Anqas flus ghall-ulied.
- Hlasijiet kbar ghall-avukati.
Effetti fuq ir-relazzjoni tal-familja ma' l-istituzzjonijiet
- Il-genituri (ta' wlied inkarcerati) jhossu
frustrazzjoni gej mis-sens ta' powerlessness quddiem id-destin
ta' wliedhom.
- Il-membri tal-familja jibzghu jitkellmu dwar l-inkarcerazzjoni
minhabba bizgha ta' effetti hziena (il-habs, l-inkarcerazzjoni,
jsiru taboo subjects).
- Il-jum, u l-mument innifsu, tal-ghoti tas-sentenza johloq
trawma fil-genitur/mara/ragel ta' l-issentenjat.
- Il-familja thossha mitlufa fis-sistema burokratika.
- Il-familja thossha ddizappuntata mis-sistema.
- Il-familja thossha taqa' qalbha meta l-ulied jaqghu f'idejn
istituzzjoni/sistema bierda.
- L-ulied jibdew juru nuqqas ta' rispett lejn kull awtorità.
- L-ulied ikollhom nuqqas ta' success akkademiku.
Effetti socjali tal-familja
- Il-familja tibda tigi diskussa fil-pubbliku.
- Sens ta' misthija
- Sens li l-membri tal-familja huma hatja wkoll.
- Periklu kbir li l-bizgha mill-'kriminal' tiga estiza wkoll
ghall-familja kollha.
- Sens ta' izolament mill-girien (li, ghalkemm reali, jista'
ma jkunx realistiku) minhabba li l-familja tal-habsi titqies
degradazzjoni
tal-hâra (tan-neighbourhood).
- Izolament ta' l-ulied tal-habsi minhabba li ma jixirqux
(unworthy) li t-tfal jaghmulha maghhom.
- L-ulied jibdew juru attitudnijiet anti-socjali.
- Appogg lill-habsi mill-parti mhux inkarcerata titqies irrazzjonali
jew redikola minn haddiehor.
|