L-Ewwel Impjieg
Versjoni bil-Malti

 

F'kollaborazzjoni mal-General Workers' Union, il-Union Haddiema Maghquda, l- Employment & Training Centre (ETC), il-Federation of Industries (FOI), ic-Chamber of Commerce (COC), il-Malta Employers Association (MEA), il-Malta Hotels & Restaurants Association (MHRA), u l-General Retailers & Traders Union (GRTU), Mid-Dlam ghad-Dawl bdiet tahdem fuq dan il-progett sabiex toffri possibiltajiet ahjar lil habsin li jkunu lestew is-sentenza taghhom halli jkollhom opportunitajiet aqwa li jsibu mpjieg fiss.

L-istudju li gej gie pprezentat minn Rev. Dr Mark F. Montebello OP, Ph.D., Direttur ta' Mid-Dlam ghad-Dawl, lill-imsiehba socjali fil-progett, fis-17 ta' Mejju ta' l-2002.

Versjoni bl-Ingliz

1. Il-hsieb generali

Minghajr impjieg fiss, huwa prattikament impossibbli li persuna li tkun skontat sentenza jew ghadd ta' sentenzi l-habs terga' tintegra ruhha b'success fis-socjetà, titbieghed mill-kriminalità u tibda tghix hajja produttiva. Is-sejba ta' impjieg fiss, izda, hija wahda mill-akbar problemi li ex-habsi jiltaqa' maghha wara l-hrug tieghu mill-habs.

Il-laqgha taghna llum ghandha l-iskop generali li, jekk hu possibbli, nonoraw mill-ahjar li nistghu r-rieda nobbli ta' xi whud mill-ex-habsin illi jahdmu u jghixu bhala cittadini awtonomi minghajr ma jkunu jiddependu fuq l-ghajnuna pubblika. Il-hidma taghna flimkien tista' effettivament tbieghed lil dawn in-nies mir-riskju ta’ l-emarginazzjoni.

Skond l-ahhar rapport dwar il-valuri fil-gzejjer Maltin mahrug fl-2000 (Abela, A.M., Values of Women and Men in the Maltese Islands: a comparative European perspective, Commission for the Advanceent of Women, Ministry for Social Policy, Malta, 2000, 219b. Ara Figura 6.11 fuq pagna 220), l-ex-habsin huma l-aktar nies li mhumiex tollerati f'Malta fil-qasam socjali u tax-xoghol. Huma fil-fatt stmati aghar mis-sakranazzi, id-drogati, il-morda bl-AIDS, l-omosesswali, l-estremisti xellugin u l-faxxisti, il-mazuni u s-settaristi, l-iskwilibrati, u l-bqija. Effettivament, fl-erba' snin bejn l-1995 u l-1999, l-intolleranza lejn l-ex-habsin zdietet b'6%: minn 74% ghal 80% (Ibid., pagna 245, Tabella 6.11). Fl-Ewropa, din il-figura ta' intolleranza hi gholja wkoll (ghalkemm mhux daqs f'Malta). Fl-1999 kienet ta' 51% (Ibid., Figura 6.12 fuq pagna 220; u Tabella 6.11 fuq pagna 245).

Fl-artiklu tieghu "Unemployment and the Special Needs of Ex-Offenders" fil-ktieb Unemployment Policy and Practice, Jeff Powis jghid hekk (J.Tomlinson et al., Australian Academic Press, Brisbane, Awstralja, 1997, 299-306):

How many job seekers do not have criminal records, yet have offended against previous employers? How many employers do not report such offences to the police but simply dismiss the offending employee? How many current or future employees may succumb to temptation and offend against their employer? Of course we cannot answer such questions but in considering the scenario we may become aware of the possibility that an organisation may be more at risk from those employees without criminal records than from those with criminal records.

2. Xi barrieri ghall-impjieg

Il-barrieri li l-ex-habsin iridu jissuperaw halli jsibu mpieg fiss mhumiex ftit u lanqas zghar. Skond l-istess rapport dwar il-valuri (Abela 2000, pagna 219b u Tabella 6.12 fuq pagna 245), fost l-aktar ragunijiet ghala xi nies – fosthom l-ex-habsin – jispiccaw icedu ghar-riskju ta’ l-emarginazzjoni u jiddependu fuq l-ghajnuna pubblika hemm l-ghazz u n-nuqqas ta' volontà, l-ingustizzja socjali, l-isfortuna u l-effetti inevitabbli tal-progress. Is-socjologu Anthony M. Abela, izda, dwar dan jikkummenta li (Ibid., pagna 221a):

'it is not uncommon, however, for certain people to find fault with the poor for their deprivation without any consideration of the dysfuncitons of society. A society which blames the poor for their condition can easily engender an increase in social exclusion'.

Fost il-barrieri principali ghal impjieg fiss li l-bicca l-kbira ta' l-ex-habsin jiltaqghu maghhom, insibu dawn li gejjin:

  • Nuqqas ta' appogg
  • Il-kondotta kriminali
  • Pregudizzju u diskriminazzjoni
  • Livelli baxxi ta' litterizmu funzjonali
  • Storja ta' impjieg li hija distakkata, fqira jew nieqsa ghal kollox
  • Nuqqas ta' self esteem
  • Nuqqas ta' social skills
  • Inkapacità li jigu identifikati sewwa l-vocational skills
  • Nuqqas ta' informazzjoni aggornata dwar id-dinja tax-xoghol

Skond studju maghmul sena ilu dwar il-habsin u x-xoghol minn wahda mill-voluntiera professjonali taghna, Tania Caruana, irrizulta li l-maggoranza tal-habsin intervistati ma kellhomx impjieg fiss qabel ma dahlu l-habs l-ahhar darba (Prison Vocational Training: a proposal for Malta, 2000, 5.4). Min-naha l-ohra, irrizulta wkoll li l-bicca l-kbira ta' dawn l-istess habsin kienu jippossedu trading skills li ghalihom kellhom anki certifikati (Ibid., Figure 12). Fil-habs fil-prezent il-habsin jaghmlu xi xoghol fil-bakery, aluminium, binding (tal-Gazzetta tal-Gvern) – b'makkinarju qadim –, u tailoring (ghall-bzonnijiet interni tal-habs). Skond Caruana (Ibid., 2.3):

The work here is learned with the ‘Look and Try’ method. In all workshops jobs are not well paid and no teaching of technical skills takes place. Given such a situation, it is no surprise that few inmates are interested in taking part.

Fil-habs, effettivament, ma jinghata ebda vocational training lill-habsin. Li kieku kien jezisti training bhal dan, il-bicca l-kbira xtaqu jippartecipaw fih sabiex (Ibid., 5.7):

  • jghaddu l-hin
  • jitghallmu xi haga utli mill-habs
  • jipprattikaw is-sengha taghhom
  • jirriabilitaw u jergghu jintegraw ruhhom fis-socjetà

Dawk li ma xtaqux jippartecipaw f'xi training vokazzjonali kienu ta' din il-fehma minhabba li:

  • fi ftit xhur kienu se jispiccaw is-sentenza u ghalhekk ma kinux interessati, ghax ma kellhomx intenzjoni jergghu lura l-habs (!)
  • m'ghandhomx grazzja max-xoghol manwali
  • ghadhom arrestati u ghalhekk ma kinux settled
  • ma kellhomx bzonn jitghallmu sengha ghax ma kinux jahsbu li hi utli

3. Il-livell ta' litterizmu

L-ex-habsi li huwa funzjonalment illitterat isibhom difficli hafna, jekk mhux impossibbli, li japplika ghal xi xoghol li jirrikjedi mqar ftit tas-sengha. Isibha wkoll kwazi impossibbli li jimla' l-formoli tat-taxxa, jew li jifhem dokumentazzjon bazika. Generalment, huwa mifhum li l-livell ta' litterizmu tal-habsin hu konsiderevolment aktar baxx minn dak tal-popolazzjoni generali.

Skond Caruana, il-bicca l-kbira tal-habsin, ghalkemm attendew xi skola sekondarja jew trade school, ma spiccawhomx (Ibid., 5.3, specjalment Figura 8). Il-maggoranza tal-habsin m'ghandhomx kwalifika akkademici (Ibid., Figura 9). Il-bicca l-kbira taghhom lanqas l-Ingliz ma huma kapaci jifhmu sew (Ibid., Figura 10).

4. Integrazzjoni mill-gdid fis-socjetà

B'nuqqas serju ta' litterizmu, anki jekk b'kapacità konsiderevoli ta' xi sengha prattika, il-bicca l-kbira ta' l-ex-habsin isibuha difficli hafna li jikkompetu fid-dinja tax-xoghol. L-akbar diffikultajiet serji li jkollhom jaffaccjaw mal-hrug taghhom mill-habs huma dawn:

  • Li jistabbilixxu kunfidenza fihom infushom u sengha bizzejjed biex jaghmlu ghaziet u decizjonijiet ta' natura sinifikattiva; u
  • Li jistabbilixxu, minghajr trawmi emozzjonali, relazzjonijiet mal-familja u l-hbieb.

Hawnhekk tinteressana l-aktar l-ewwel diffikultà, li naturalment hi relatata mit-tieni wahda.

Skond ricerka li saret f'Victoria, l-Awstralja, xi ghaxar snin ilu (1991) ma' ex-habsin nisa, irrizulta li l-maggoranza ta' l-ex-habsin:

  • sabuha difficli jissaportu l-"bureaucratic crap" li ltaqghu mieghu (jigifieri l-formoli li kellhom jigu mimlija, il-hin mghoddi fi queues, red tape inkomprensibbli, u staff ta' diversi entitajiet li ma stabrux bihom), b'konsegwenza li spiss spiccaw aktar nervuzi minn qabel, u anki gieli nfexxew f'rabja jew fi kliem abbusiv.
  • ma setghux jadattaw irwiehhom facilment minn hajja istituzzjonalizzata ghall-hajja normali ta' barra
  • hassewhom imtaqqla minhabba l-kundizzjonijiet li baqghu imposti fuqhom mill-qrati (iffirmar kuljum fl-ghassa tal-pulizija, hrug jew dhul f'hin partikulari mid-dar, u l-bqija)
  • iddemoralizzaw ruhhom minhabba li l-pulizija zammewhom fuq il-lista taghhom bhala l-ewwel nies issusspettati meta nqala' xi haga fil-vicinanzi taghhom

Sakemm gie konkluz l-istess rapport, kwart biss ta' l-ex-habsin intervistati kienu ghadhom ma rritornawx lura l-habs. Fost l-affarijiet li dawn kellhom differenti mill-ohrajn kien hemm li dawn:

  • kienu hargu mill-habs bid-dokumentazzjoni ufficjali lesta f'idejhom
  • ma sabux diffikultajiet biex jiehdu l-ewwel beneficji socjali
  • kollha sabu akkomodazzjoni alternattiva mill-ewwel
  • kollha kienu ddecidew li ma jkollhomx kuntatti aktar ma' ex-habsin ohrajn
  • kollha kellhom persuna wahda jew tnejn li setghu jafdaw
  • kollha integraw irwiehhom sewwa f'xi servizz lokali tal-komunità

5. Il-benefikarji tas-servizz

Minkejja diffikultajiet komuni, il-habsin jew l-ex-habsin mhumiex kollha ta' l-istess kategorija. Kull persuna ghandha l-personalità taghha u dan jinfluwixxi fuq kemm jaghmilha aktar jew anqas adekwata ghal impjieg partikulari, jew anki ghal kwalunkwe impjieg. Il-prospettiva li l-ex-habsin ghandhom jinghataw il-possibbiltà ta' impjieg ma tistax tigi applikata indiskriminattivament.

Ir-reliability ta' ex-habsi tista' tkun mild, moderate, severe jew profound. Dan jiddependi fuq diversi fatturi, kif se nuru:

 
Ir-reliability ta' ex-habsi
 
Dghajfa
Mhux hazin
Tajba
Qawwija
Sengha u tahrig
LE*
IVA
IVA
IVA
Impjieg mal-hrug mill-habs
LE
IVA
IVA
IVA
Kondotta tal-pulizija moderatament mahmuga
LE
IVA
IVA
IVA
Appogg tal-familja
LE
LE
IVA
IVA
Akkomolazzjoni
LE
LE
IVA
IVA
Litterizmu
LE
LE
IVA
IVA
Dokumentazzjoni ufficjali lesta
LE
LE
LE
IVA
Qtugh minn hbieb hziena
LE
LE
LE
IVA
Nuqqas ta' dipendenza fuq alkohol u/jew droga
LE
LE
LE
LE
*IVA=Ikollu - LE = Ma jkollux  
Il-client group taghna
 

6. It-triq ’il quddiem: gwida, appogg u kuragg

Gwida: L-ex-habsi ghandu bzonn ta' gwida serja anki meta jibda jintegra ruhu mill-gdid b'success fis-socjetà u fid-dinja tax-xoghol. Wahedha wahedha, is-sejba ta' impjieg ma ssolvilux il-problemi kollha tieghu. Jidher li l-habs, bl-istituzzjonalizmu u bl-izolament li jimponilu, iddajjiflu konsiderevolment il-hila tieghu li inizzjalment jieqaf fuq saqajh wahdu fil-hajja "normali".

Dan generalment jintwera f'nuqqas ta' puntwalità u reliability, jew anki fil-fatt li jista' jfalli ghal kollox mid-dmirijiet li jiehu fuq spalltu. Dan mhuwiex minhabba l-ghazz jew xi nuqqas ta' volontà, imma minhabba nuqqas ta' gharfien tajjeb tal-htigijiet esigenti ta' l-impjiegi moderni u l-hajja mghaggla tal-lum.

Appogg: L-appogg moghti lill-ex-habsi jrid ikun kredibbli. Bi ftit li xejn sens ta' setgha, b'informazzjoni limitata tad-drittijiet tieghu u ghal dak li hu intitulat ghalih, b'nuqqas ta' fiducja mibni matul iz-zmien f'nies li jirrapprezentaw l-awtorità u f'dipartimenti tal-gvern, u b'xibka ta' hbiberiji personali ineffettivi, l-ex-habsi jaqta' qalbu malajr malli jiltaqa' mal-problemi li, ghalkemm ma jkunux, jidhru f'ghajnejh kbar u kkumplikati wisq. Kemm jekk relatati max-xoghol u kemm ma' oqsma ohrajn tal-hajja, dawn il-problemi jehtiegu z-zmien u sforz konsiderevoli min-naha tieghu sabiex ikun jaf isolvihom wahdu b'certa heffa. Jekk f'impjieg gdid ex-habsi ma jkollux zmien bizzejjed biex isolvihom, aktarx ikollu jisraq iz-zmien mill-impjieg jew isir aktar unreliable, aktar ippreokkuppat u anqas produttiv.

Fl-istess hin, ex-habsi impjegat hu f'pozizzjoni ta' vulnerabbiltà kbira. Ghax anki jekk il-haddiema shabu ma jkunux jafu bil-curriculum criminale tieghu, kull problema serja fuq il-post tax-xoghol (specjalment rigward serq, hsara lil makkinarju, u l-bqija) twaqqa' s-susspett fuqu ta' min ihaddmu. Din il-vulnerabbiltà ssir aktar akuta meta l-haddiema shabu jkun fil-fatt jafu fil-curriculum criminale tieghu, u ghalhekk ikunu f'pozizzjoni li juzawha ghall-vantagg taghhom.

Kuragg: L-ex-habsi impjegat irid jigi maghmul il-qalb halli jkun jista' jaffronta diffikultajiet semplici bis-serenità mehtiega. Nuqqas ta' komunikazzjoni interpersonali, flimkien mas-suspett f'nies fl-awtorità u n-nuqqas ta' kunfidenza fil-hiliet personali, jistghu jbezzghu lill-ex-habsi impjegat sabiex jersaq lejn min ihaddmu u jinnegozja mieghu. B'dan il-mod, il-problema – ghalkemm tkun prattikament zghira – issir imblokk konsiderevolment kbir, u trid tigi solvuta qabel ma jigu kkunsidrati kwestjonijiet ohra ta' impjieg.

 

back to "Support" menu