L-Ewwel Kenn
Versjoni bil-Malti

 

F'kolloborazzjoni mad-Dipartiment ta' l-Artijiet, id-Dipartiment tad-Djar u l-Awtorità tad-Djar, Mid-Dlam ghad-Dawl qieghda tahdem fuq dan il-progett sabiex toffri l-possibiltà ta' residenza temporanja ckejkna lil prigunieri li, fi tmiem is-sentenza taghhom, ma jkollhomx fejn joqoghdu hekk malli jhallu l-habs.

Versjoni bl-Ingliz

TERMINI U KUNDIZZJONIJIET

MIRI

Dan il-kenn temporanju ikun accessibbli ghal prigunieri li:

  • Ma jkollhom assolutament ebda possibbilta’ ohra ta’ kenn temporanju (nghidu ahna, ma’ Suriet il-Bniedem tal-Gzira; Osanna Pia ta’ Tas-Sliema; St Joseph Home ta’ Ghajnsielem, Ghawdex; jew mar-Residenza Pisani ta’ Rahal Gdid).
  • Ikunu applikaw ghal akkomodazzjoni alternattiva mal-Housing Department.
  • Ikunu lesti li joqghodu strettament ghall-kundizzjonijiet kollha imposti minn Mid-Dlam ghad-Dawl.

KRITERJI

Is-servizz ta’ kenn temporanju jithaddem taht kriterji li jkunu jinkludu dawn li gejjin:

  • Is-servizz ikun accessibbli biss ghal eks-prigunieri li jkunu ghadhom kemm gew rilaxxati mill-habs.
  • Ebda persuna, taht l-ebda titlu jew cirkustanza, ma jkollha xi dritt prerogatorju li tgawdi mis-servizz.
  • Ebda persuna li tkun gawdiet minn akkomodazzjoni temporanja f’xi kenn ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl ma qatt tikseb jew tkun tista’ tikseb xi dritt jew prerogattiva biex terga’ tuza s-servizz drabi ohra fil-futur.
  • Kull persuna li tkun tkecciet minn kenn temporanju ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl ghal ragunijiet dixxiplinarji titlef ghal kollox u ghal dejjem id-dritt li tgawdi mill-istess servizz fil-futur.
  • Id-dritt ghall-ghazla ta’ liema ghandu jkun il-kenn temporanju partikulari li Mid-Dlam ghad-Dawl tkun bi hsiebha toffri lil resident prospettiv ikun biss tal-Bord tat-Tmexxija ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl.
  • Mal-ghoti ta’ kenn temporanju lil xi resident Mid-Dlam ghad-Dawl tinnotifika lill-ghassa tal-pulizija tad-distrett.
  • Kull persuna li tkun se tgawdi minn akkomodazzjoni temporanja f’xi kenn ta’ Mid-Dlam ghad-Dawl tkun trid taccetta formalment minn qabel il-kundizzjonijiet kollha li timponi fuqha Mid-Dlam ghad-Dawl.
  • Tinghata preferenza lil eks-prigunieri minn Bormla.

KUNDIZZJONIJIET

Il-kundizzjonijiet ghal kenn temporanju jkunu jinkludu dawn li gejjin:

  • Resident jithalla juza l-kenn temporanju offrut lilu ghal mhux aktar minn sitt xhur mid-data tad-dhul tieghu fih, f’liema zmien hu mistenni li jsib ghal rasu akkomodazzjoni ohra li fiha jista’ jghix wara.
  • Kull xahrejn ir-resident f'xi kenn temporanju ta' Mid-Dlam ghad-Dawl ikollu laqgha ma' ufficjal ta' Mid-Dlam ghad-Dawl dwar l-andament tar-residenza tieghu.
  • Resident li mas-sitt xhur mid-data tad-dhul tieghu fil-kenn temporanju jirrifjuta jew jonqos li jhalli l-istess kenn jinhareg bis-sahha tal-pulizija.
  • Ir-resident jithalla juza l-kenn temporanju minghajr qatt ma jkun jista’ jikseb, b’xi mod jew iehor, fil-prezent jew fil-futur, xi titlu fuq l-istess l-kenn.
  • Mid-Dlam ghad-Dawl tirriserva d-dritt li, ghal raguni/jiet sufficjenti, tichaq li tibqa’ toffri s-servizz tal-kenn temporanju taghha lil xi resident.
  • Mid-Dlam ghad-Dawl tirriserva d-dritt li, minn zmien ghal zmien, f’kull hin tal-gurnata, taghmel spezzjonijiet tal-kenn temporanju li tkun offriet lil xi resident anki minghajr avviz precedenti.
  • Ir-resident ma jkun jista’ jdejjaq bi storbju, illetikar, glied, tghajjir jew kliem insulenti, baxx, oxxen jew hazin, lill-girien tal-kenn temporanju tieghu jew jurtahom bi kwalunkwe mod iehor.
  • Ir-resident ma jkun jista’ jaghmel ebda hsara lill-propjeta’ mobbli jew immobbli tal-kenn temporanju tieghu, jew jibdel minn rajh l-istruttura fizika tal-bini, f’liema kazi r-resident ikun irid ihallas ghall-ispejjez tal-hsara li ghamel.
  • Mid-Dlam ghad-Dawl tirriserva d-dritt li tiehu l-passi kollha necessarji, inkluz dawk bil-qorti, jekk kemm-il darba r-resident jaghmel hsara lill-propjeta’ mobbli jew immobbli tal-kenn temporanju tieghu.
  • Ir-resident ikollu joqghod strettament ghall-kundizzjonijiet kollha imposti minn Mid-Dlam ghad-Dawl waqt il-kenn temporanju tieghu.
  • Mid-Dlam ghad-Dawl tirriserva d-dritt li tkecci b’effett immedjat, anki jekk mehtieg bl-ghajnuna tal-pulizija, lil resident li jinqabad jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu waqt l-kenn temporanju tieghu.
  • F’ebda mument u taht l-ebda cirkustanza ma resident ikun jista’ jwelli jew jikri l-kenn temporanju offrut lilu lil haddiehor, jew juza xi mezz iehor li jwassal ghall-istess fini.
  • F’ebda mument u taht l-ebda cirkustanza ma resident ikun jista’ jghajjex jew iraqqad b’mod permanenti lil haddiehor (apparti minnu stess) fil-kenn temporanju offrut lilu.
  • F’ebda mument u taht l-ebda cirkustanza ma resident jkun jista’ juza l-kenn temporanju tieghu biex jaghmel xi negozju ta’ kwalunkwe tip; izomm fih xi oggetti misruqa jew miksuba illegalment; jew juza l-kenn ghal xi skop immorali.
  • Minghajr pregudizzju ghar-regolamenti li jidhru hawnfuq, resident jitkecca immedjatament mill-kenn temporanju tieghu jekk kemm-il darba jinstab li ghamel xi wahda jew aktar minn dawn li gejjin:
    • Ikun qieghed jabbuza mid-droga;
    • Ikun qieghed idahhal regolarment ghandu nies li jabbuzaw mid-droga; u/jew
    • Ikun fetah kaz gdid mal-pulizija li l-gravita’ tieghu tista’ jwasslu ghall-habs.
  • Minghajr pregudizzju ghal dak li jinghad hawn fuq, resident f’xi kenn temporanju ikun irid ihallas lil Mid-Dlam ghad-Dawl l-ispejjez li jaghmel ta’ l-ilma u d-dawl.
  • Mid-Dlam ghad-Dawl tirriserva d-dritt li, barra dawk li jidhru hawn fuq, taghmel kwalunkwe regolament iehor li jidhrilha xieraq u opportun ghal cirkustanza/i partikulari.

 

back to "Support" menu