KODICI TA' ETIKA
Ghal voluntiera li jikkorrespondu ma' prigunieri

English version

Dan il-Kodici ta' Etika ngabar sabiex jassigura li l-iskema 'pen-a-prisoner' tithaddem skond l-oghla livelli professjonali. MDD tirriserva d-dritt li ttemm il-partecipazzjoni fl-iskema ta' voluntier jew prigunier li deliberatament jew konsistentement jinjora dan il-kodici.

1.

Ikteb lill-prigunier b'kortesija kbira, edukazzjoni u rispett.

2. Kun konsistenti fil-korrespondenza tieghek mal-prigunier.
3. Ikkorrespondi mal-prigunier minghajr kliem baxx, doppju sens, insinwanti jew indecenti.
4. Ikteb lill-prigunier b’mod sincier u onest, u evita ghal kollox li tigdeb, anki b’mod ckejken.
5. Irrispetta t-twemmin religjuz u politiku tal-prigunier, u tippruvax iddawwarlu dak it-twemmin.
6. Ikteb dwar voluntiera ohra bir-rispett u l-prudenza, u tghid xejn li jista’ jnaqqas l-integrità morali taghhom.
7. Heggeg ir-rispett lejn l-awtoritajiet u l-ufficjali tal-habs, u tuza qatt kliem ta’ tmaqdir fil-konfront taghhom.
8. Taghmel ebda wieghda lill-prigunier li ma tistax izzomm.
9.

Tghaddix lill-prigunier in-numru tat-telefon jew tal-mobile tieghek, jew anki informazzjoni personali jew sensittiva, sakemm ma ssirx midhla sew tieghu jew taghha.

10.

Oqghod attent/a x'tikteb dwar il-familja tieghek billi tillimita ruhek ghal taghrif generali u mhux specifiku.

11.

Thalli qatt li l-korrespondenza tieghek issir romantika jew intima, u ghandek taghmilha cara li l-korrespondenza tieghek mal-prigunier ma kellhiex din l-intenzjoni.

12. Evita li titghabba b’responsabbiltà ta’ flus, dokumenti importanti, hwejjeg jew affarijiet ohra personali tal-prigunier.
13.

Jekk prigunier jistaqsi mistoqsijiet teknici li int ma tistax twiegeb, jew jekk il-korrespondenza tieghek tidhol f'xi diffikultajiet, tkellem ma' ufficjal kompetenti ta' MDD.

 

Ghalkemm dan il-Kodici ma ghandu ebda siwi legali, irid jigi osservat bir-reqqa.
Ghal kull ksur tieghu jittiehdu passi dixxiplinarji.