NOTA: Dawn
in-normi li ghandhom x'jaqsmu mal-Juvenile Section japplikaw
kemm ghal min ghadu arrestat u kemm ghal min hu digà ssentenzjat.
Ghan-normi
li ghandhom x'jaqsmu ma' zjajjar lil xi hadd mizmum f'xi
parti ohra tal-habs aghfas hawn.
Versjoni bl-Ingliz Il-permess
li tinghata mill-qorti biex izzur lil min t]obb fil-habs (aghfas hawn biex
tara kif tikseb dan il-permess) jaghtik ukoll il-vantagg li
tircievi telefonati minghandu. It-telefonati mill-habs jsiru
biss wara l-ewwel vista tieghek fil-habs. Imma tinsiex: Ebda
vista ma tkun tista' ssir jekk ma turix l-ID card personali
tieghek. DEJJEM MUR GHALL-VISTI MILLANQAS KWARTA QABEL IL-HIN
PREVIST.
Dak li thobb jista':
- Jircievi l-visti tieghek f'tliet granet differenti bejn
it-Tnejn u l-Gimgha. Dawn il-visti, li jissejhu "non-contact
visits", isiru
minn wara l-hgieg. Kull nhar ta Tnejn, l-Erbgha u l-Gimgha,
il-visti jibdew fl-4.00 ta' wara nofsinhar; u t-Tlieta u
l-Hamis fl-10.00 ta' filghodu. Kull vista ddum 15-il minuta.
Tista' taghzel li taghmel il-visti tieghek f'liema tliet
ijiem trid, imbasta zzomm il-hin stabbilit. Ghall-ewwel vista
tieghek trid tavza minn qabel li se tmur. Imbaghad, ikun
dak li thobb li jikteb il-visti l-ohrajn. Fil-festi ma jsirux
visti.
- Jiltaqa' mieghek wicc imb'wicc madwar mejda darba fil-gimgha
ghal siegha u nofs. Din tissejjah "contact visit",
u tista' ssir is-Sibt jew il-Hadd. Fiz-zewg kazijiet, il-vista
ta' filghodu tibda fl-10.00; u tas-Sibt wara nofsinhar tibda
fl-4.00. Il-Hadd wara nofsinhar ma jsirux visti. Dak li thobb
irid jikteb minn qabel il-vista li taghzel li taghmel, inkella
ebda vista ma ssir.
- Jircievi ittri minghandek minghajr limitu, imma hu jista'
jibghat ittra wahda fil-gimgha.
- Jircievi minghandek gazzetti, kotba, hwejjeg u/jew flus
kuljum fil-hinjiet tal-visti (kemm filghodu u kemm wara nofsinhar).
Ma tistax tiddeposita aktar minn Lm20 kull darba.
- Jircievi minghandek ikel il-Hadd filghodu biss bejnl-10.00
u l-11.30, u dejjem jekk dak li thobb jinkiteb minn qabel
ghalih, inkella ma tkunx tista' thalli ikel.
Ghall-ewwel vista tieghek fil-Juvenile trid
taghmel card apposta. Din issir fil-kumpless imsejjah
tad-"Debituri", li jigi fuq in-naha tax-xellug tal-bieb
principali tal-habs f'Valletta Road, Rahal Gdid (Nru.3 fuq
il-mappa).
Il-visti kollha tal-Juvenile isiru
fil-kumpless tal-Juvenile stess, li tidhol ghalih
mill-genb ta' Ghaddafi Gardens. It-triq li twassal ghall-bieb
principali tal-Juvenile qieghda n-naha t'isfel tal-Valletta
Road stess, qrib hafna tar-round-about ta' Kordin.
Hemm, izda, short-cut qrib hafna tal-pjazza ta' Rahal
Gdid. Din taghti ghar-Rehabilitation Centre tal-handikappati,
u tkun miftuha biss waqt il-hijiet tax-xoghol (Nru.14 fuq il-mappa).
Meta lil dak li thobb tehodlu l-hwejjeg personali
tieghu ghall-ewwel darba trid tehodhom id-"Debituri". Dan jista'
jsir kuljum, minbarra l-Hdud u l-festi, bejn id-9.00 u l-11.00
ta' filghodu, u bejn is-2.00 u t-3.30 ta' wara nofsinhar. Jekk
ikollok bzonn tiehu aktar hwejjeg, imbaghad tehodhom il-Juvenile stess,
mhux id-"Debituri". Dan tkun tista' taghmlu kull nhar ta' Sibt
u l-Hadd fil-hin tal-visti. Il-Hadd wara nofsinhar u fil-festi
ma tista' thalli xejn.
Il-flus jistghu jigu ddepositati biss fid-"Debituri",
u dan tista' taghmlu kuljum, minbarra l-Hdud u l-festi, bejn
id-9.00 u l-11.00 ta' filghodu, u bejn is-2.00 u t-3.30 ta'
wara nofsinhar. Ma tista' thalli ebda flus ghal dak li thobb
mill-bieb principali tal-Juvenile stess.
|