Ghal zjajjar lil xi hadd sentenzjat aghfas hawn
Versjoni
bl-Ingliz
NOTA: Dawn
in-normi ma japplikawx ghas-Sezzjoni taz-Zghazagh.
Ghan-normi li ghandhom x'jaqsmu ma' din is-sezzjoni aghfas hawn.
Il-permess li tinghata mill-qorti biex izzur
lil min t]obb fil-habs (aghfas hawn biex
tara kif tikseb dan il-permess) jaghtik ukoll il-vantagg li
tircievi telefonati minghandu. It-telefonati mill-habs jsiru
biss wara l-ewwel vista tieghek fil-habs. Imma tinsiex: Ebda
vista ma tkun tista' ssir jekk ma turix l-ID card personali
tieghek. DEJJEM MUR GHALL-VISTI MILLANQAS KWARTA QABEL IL-HIN
PREVIST.
Peress li dak li thobb jinsab il-habs taht arrest, allura
jista':
- Jircievi minghandek vista kuljum, hlief il-Hadd, minn wara
l-hgieg (li tissejjah "non-contact visit")
bejn id-9.00 u l-11.00 ta' filghodu, u bejn is-2.00 u t-3.30
ta' wara nofsinhar. M'ghandekx ghalfejn tibbukkja minn qabel
sabiex isiru dawn il-visti.
- Jiltaqa' mieghek wicc imb'wicc madwar mejda darba fil-gimgha
ghal 45 minuta. Din tissejjah "contact visit".
Din il-vista tista' ssir kuljum waqt il-hin tal-visti, imbasta
mhux il-Hadd wara nofsinhar jew fil-festi. Fil-gurnata li
jkollok il-contact visit ma jkollox vista non-contact.
Dak li thobb irid jibbukkja l-vista minn qabel, inkella l-vista
ma tkunx tista' ssir.
- Jircievi ittri minghandek minghajr limitu, imma hu jista'
jibghat ittra wahda fil-gimgha.
- Jircievi minghandek gazzetti, kotba, hwejjeg u/jew flus
kuljum fil-hinjiet tal-visti (kemm filghodu u kemm wara nofsinhar).
Ma tistax tiddeposita aktar minn Lm20 kull darba.
- Jircievi minghandek ikel kuljum, imma filghodu biss (waqt
il-hin tal-visti), u mbasta dak li thobb ikun inkiteb
ghalih
minn qabel,
inkella
ikel ma tkunx tista' thalli.
Dak li thobb jista' jcempillek 4 darbiet kuljum
f'kull hin tal-gurnata, imma mhux qabel it-8.00 ta' filghodu
jew wara t-8.00 ta' billejl, u lanqas bejn in-Nofsiegha u t-3.00
ta' wara nofsinhar.
L-affarijiet personali ta' dak li thobb tista'
tehodhomlu kuljum fil-hinijiet tal-visti. Dan ukoll isir mid-"Debituri",
li jigi fuq in-naha tax-xellug tal-bieb principali tal-habs
f'Valletta
Road, Rahal Gdid (Nru.3 fuq il-mappa).
Il-contact u n-non-contact visits ta'
dawk li huma mizmumin f'kull divizjoni tal-habs minbarra f'Divisions
V, VI u Female isiru fid-"Debituri".
Ghal dawk mizmumin f'Divisions V,
VI u Female il-contact u n-non-contact
visits isiru fil-kumpless li jigi fuq in-naha tal-lemin
tal-Ghassa ta' Rahal Gdid f'Valletta Road stess (Nru.2 fuq
il-mappa).
|