Ghal zjajjar lil xi hadd arrestat aghfas hawn
Versjoni
bl-Ingliz
NOTA: Dawn
in-normi ma japplikawx ghas-Sezzjoni taz-Zghazagh.
Ghan-normi li ghandhom x'jaqsmu ma' din is-sezzjoni aghfas hawn.
Il-permess li tinghata mill-qorti biex izzur
lil min t]obb fil-habs (aghfas hawn biex
tara kif tikseb dan il-permess) jaghtik ukoll il-vantagg li
tircievi telefonati minghandu. It-telefonati mill-habs jsiru
biss wara l-ewwel vista tieghek fil-habs. Imma tinsiex: Ebda
vista ma tkun tista' ssir jekk ma turix l-ID card personali
tieghek. DEJJEM MUR GHALL-VISTI MILLANQAS KWARTA QABEL IL-HIN
PREVIST.
Peress li dak li thobb jinsab il-habs b'sentenza,
allura jista':
- Jiltaqa' mieghek wicc imb'wicc madwar mejda (f'dik li tissejjah
"contact visit") darba fil-gimgha ghal
tliet kwarti ta' siegha bejn id-9.00 u l-11.00
ta' filghodu, u bejn is-2.00 u l-4.00 ta' wara nofsinhar.
Din il-vista tista' ssir kuljum minbarra l-Hadd wara nofsinhar
u l-festi. Biex issir din il-vista, dak li thobb
irid bilfors jinkiteb ghaliha
minn
qabel, inkella
l-vista
ma ssirx.
- Jircievi ittri minghandek minghajr limitu, imma hu jista'
jibghat ittra wahda fil-gimgha.
- Jircievi minghandek gazzetti, kotba, hwejjeg u/jew flus
kuljum fil-hinjiet tal-visti (kemm filghodu u kemm wara nofsinhar).
Ma tistax tiddeposita aktar minn Lm20 kull darba.
- Jircievi minghandek ikel is-Sibt jew il-Hadd (fil-hin tal-visti)
jekk dak li thobb ikun inkiteb ghalih minn qabel, inkella
ikel ma tkunx tista' thalli.
Dak li thobb jista' jcempillek 4 darbiet kuljum f'kull hin
tal-gurnata, imma mhux qabel it-8.00 ta' filghodu jew wara
t-8.00 ta' billejl, u lanqas bejn in-Nofsiegha u t-3.00 ta'
wara nofsinhar.
L-affarijiet personali ta' dak li thobb tista'
tehodhomlu kuljum fil-hinijiet tal-visti. Dan ukoll isir mid-"Debituri",
li jigi fuq in-naha tax-xellug tal-bieb principali tal-habs
f'Valletta
Road, Rahal
Gdid (Nru.3 fuq il-mappa)
Il-contact u n-non-contact visits ta'
dawk li huma mizmumin f'kull divizjoni tal-habs minbarra
f'Divisions V, VI u Female isiru fid-"Debituri".
Ghal dawk mizmumin f'Divisions V,
VI u Female il-contact u n-non-contact
visits isiru fil-kumpless
li jigi fuq in-naha tal-lemin tal-Ghassa ta' Rahal Gdid f'Valletta
Road stess (Nru.2 fuq il-mappa).
|